Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jitnieda proġett nazzjonali għall-iżvilupp ta’ qafas legali komprensiv dwar il-kura fit-tul għall-anzjani

PR251060
Date Icon 16/06/2025

F’attività li saret fil-Kampus tal-Università ta’ Malta fil-Belt Valletta, tnieda uffiċjalment proġett ambizzjuż ġdid biex jiġi żviluppat qafas legali komprensiv għall-kura fit-tul (long-term care) għall-anzjani f’Malta. Il-proġett qed isir b’għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea permezz tat-Technical Support Instrument (TSI), u b’gwida teknika mill-Uffiċċju Reġjonali tal-WHO għall-Ewropa.

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tiżgura li kull persuna anzjana li teħtieġ kura jkollha aċċess għal servizz ta’ kwalità, li jkun affordabbli u adattat għall-bżonnijiet tagħha. Il-proġett se jiffoka fuq tliet oqsma ewlenin: Ġbir ta’ tagħrif u evidenza biex il-politika tkun ibbażata fuq fatti konkreti; Ħidma flimkien mal-partijiet kollha involuti, fosthom dawk li jagħtu u jirċievu l-kura, biex il-politika l-ġdida tkun realistika u effettiva; u l-preparazzjoni tal-persuni u l-istituzzjonijiet involuti biex jimplimentaw din il-politika l-ġdida kif ukoll biex jiġi segwit il-progress tagħha.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela esprima s-sodisfazzjon li bħala ministeru qed jaħdmu mal-WHO u SG REFORM biex ifasslu l-ewwel liġi komprensiva dwar il-Kura fit-Tul. Inizjattiva trasformattiva li se tiddefinixxi r-rwoli, tiggarantixxi l-kwalità, tintroduċi sistemi ta’ evalwazzjoni b’saħħithom, u tfassal l-iżvilupp tal-forza tax-xogħol għas-snin li ġejjin. “Flimkien mhux biss qed nibnu sistema ta’ kura b’saħħitha imma kommessi li l-anzjanità f’Malta tkun tfisser sigurtà, inklużjoni, u kwalità ta’ ħajja aħjar”, temm jgħid il-ministru.

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi enfasizza li dan il-proġett jirrappreżenta l-impenn tal-gvern lejn is-sostenibbiltà u d-dinjità fil-qasam tal-kura għall-anzjani. Huwa saħaq fuq l-importanza tal-appoġġ finanzjarju u tekniku li l-pajjiż qed jirċievi mill-Unjoni Ewropea permezz tat-TSI, li jippermetti li r-riformi jkunu mfassla skont il-prijoritajiet nazzjonali u allinjati mal-aqwa prattiki Ewropej. “Dan hu eżempju ċar ta’ kif il-fondi Ewropej mhumiex biss għal infrastruttura, imma wkoll għal sistemi li verament iservu lin-nies u jħejjuna għall-futur,” qal il-ministru.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea fisser dan il-proġett bħala pass kruċjali lejn sistema ta’ kura fit-tul aktar sostenibbli u inklussiva. “Inħarsu lejn dan mhux biss bħala bidla legali, iżda bħala opportunità li nipproġettaw is-sistema tas-saħħa tagħna biex tkun eqreb lejn il-bniedem u reattiva għall-bżonnijiet ta’ kulħadd.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jitnieda proġett nazzjonali għall-iżvilupp ta’ qafas legali komprensiv dwar il-kura fit-tul għall-anzjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jitnieda proġett nazzjonali għall-iżvilupp ta’ qafas legali komprensiv dwar il-kura fit-tul għall-anzjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jitnieda proġett nazzjonali għall-iżvilupp ta’ qafas legali komprensiv dwar il-kura fit-tul għall-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow