Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titħabbar il-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat fin-Nadur li din is-sena se tiċċelebra aktar minn 30 sena ta’ tradizzjoni

pr251052
Date Icon 14/06/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri flimkien mas-Sindku tan-Nadur u l-Kunsilliera ħabbar li se terġa’ tittella’ l-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat fin-Nadur, avveniment annwali li ilu jżomm ħajja t-tradizzjoni u l-kultura rurali Għawdxija għal aktar minn tliet deċennji. Din is-sena l-wirja se ssir is-Sibt 21 ta’ Ġunju mit-8pm ’il quddiem u l-Ħadd 22 ta’ Ġunju mit-8am sa 12pm.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li: “Il-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat fin-Nadur hija xhieda ħajja tal-għeruq tagħna mal-agrikoltura u l-wirt kulturali rikk ta’ Għawdex. Din il-wirja mhix biss opportunità biex nuru l-ħidma u l-passjoni tal-produtturi u l-artiġjani lokali tagħna, iżda wkoll biex inkomplu ngħaddu t-tradizzjonijiet siewja tagħna lill-ġenerazzjonijiet futuri.”

Il-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat li ssir fiż-żmien tal-festa popolari tal-Imnarja, tattira eluf ta’ viżitaturi kull sena lejn in-Nadur, raħal magħruf għar-rabta qawwija tiegħu mal-art u l-agrikoltura, kif ukoll għaċ-ċitru abbundanti tiegħu. Il-wirja ta’ din is-sena se tilqa’ aktar minn 200 esibitur minn diversi oqsma tal-ħajja rurali u tradizzjonali. Il-programm jinkludi firxa wiesgħa ta’ esibizzjonijiet li jesploraw l-agrikoltura u l-apikultura (il-produzzjoni tal-għasel), kif ukoll prodotti oħra relatati mal-produzzjoni agrarja lokali. Se jkun hemm ukoll sezzjoni estensiva ddedikata għas-snajja’ u l-artiġjanat, fejn il-viżitaturi jistgħu jiskopru prodotti magħmulin bl-idejn u arti lokali.

Min-naħa tiegħu s-Sindku tan-Nadur Edward Said qal li “Il-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat saret sinonima ma’ żmien l-Imnarja fin-Nadur, u tagħti spazju lill-bdiewa, raħħala, artisti u dawk dilettanti tal-artiġjanat u snajja’ sabiex jesponu l-prodotti tagħhom. Avveniment li jikkumplimenta r-ruralità tar-raħal tan-Nadur.”

Il-wirja tagħti wkoll ġieħ lit-tradizzjonijiet u l-kultura Għawdxija permezz ta’ esibizzjonijiet ta’ għodda antika u metodi tradizzjonali ta’ ħidma. Minkejja li din is-sena mhux se jkun hemm bhejjem u tjur minħabba restrizzjonijiet ta’ mard, l-organizzaturi ħabbru estensjoni ta’ wirjiet oħra ta’ annimali, inkluż wirjiet ta’ fniek u annimali domestiċi bħal klieb, żwiemel, ħmir, u ponijiet. Il-Ħadd filgħodu se ssir ukoll iċ-ċerimonja tradizzjonali tat-tberik tal-annimali, avveniment li jiġbor flimkien tfal u familji.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi stieden lill-familji kollha biex iżuru l-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat fin-Nadur li toffri opportunità unika biex wieħed jesperjenza l-ħajja rurali Għawdxija b’mod dirett. Din hija attività għall-familja kollha, li tgħaqqad l-għarfien, id-divertiment, u l-kultura, filwaqt li tappoġġja lill-produtturi u l-artiġjani lokali u tiċċelebra l-wirt Għawdxi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titħabbar il-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat fin-Nadur li din is-sena se tiċċelebra aktar minn 30 sena ta’ tradizzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titħabbar il-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat fin-Nadur li din is-sena se tiċċelebra aktar minn 30 sena ta’ tradizzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titħabbar il-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat fin-Nadur li din is-sena se tiċċelebra aktar minn 30 sena ta’ tradizzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow