Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Investiment fl-Infrastruttura tal-elettriku f’Għawdex b’10km ta’ cables ġodda taħt l-art

pr251049
Date Icon 14/06/2025

Il-gvern qed jinvesti b’mod sostanzjali biex tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura tal-elettriku f’Għawdex, permezz ta’ aktar minn 10 kilometri ta’ cables ġodda taħt l-art madwar il-gżira Għawdxija, bħala parti minn proġett estensiv biex titjieb l-affidabbiltà u l-kapaċità tas-servizz.

Dan tħabbar waqt żjara f’Għawdex mill-Ministru għall-Enerġija, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli u l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, akkumpanjati miċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Enemalta Ing. Ryan Fava u t-tim tiegħu.

Fl-2024, Enemalta diġà kkummissjonat seba’ substations ġodda madwar Għawdex u poġġiet madwar 3.5 kilometri ta’ cables ta’ vultaġġ medju fix-Xagħra, Xlendi, Nadur u Victoria. Din il-ħidma se tkompli fl-2025, b’ħames substations oħra diġà kkumissjonati u b’pjanijiet ambizzjużi biex jitpoġġew 10 kilometri ta’ cables ġodda f’seba’ lokalitajiet: Kerċem, Xagħra, Marsalforn, San Lawrenz, Sannat, Xewkija u Għarb.

“Dan l-investiment qawwi fl-infrastruttura tal-enerġija f’Għawdex juri l-impenn tagħna biex niżguraw li r-residenti u n-negozji f’Għawdex ikollhom servizzi elettriċi affidabbli u moderni. Dawn ix-xogħlijiet ser ikomplu jsaħħu b’mod sinifikanti r-reżiljenza tan-netwerk nazzjonali u jnaqqsu l-interruzzjonijiet fis-servizz għall-poplu Għawdxi,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li: “Dan l-investiment sinifikanti fl-infrastruttura tal-elettriku f’Għawdex huwa xhieda ċara tal-impenn tal-Gvern biex intejbu l-kwalità tal-ħajja għar-residenti Għawdxin. Permezz ta’ aktar minn 10 kilometri ta’ cables ġodda taħt l-art u substations addizzjonali, qed niżguraw li Għawdex ikollu provvista tal-elettriku aktar stabbli u affidabbli. Dan huwa pass ieħor importanti biex insaħħu l-konnettività u r-reżiljenza tal-gżira tagħna. Nirringrazzja lil Enemalta u t-tim tagħha għall-ħidma siewja li qed jagħmlu, kif ukoll lill-Ministeru għall-Enerġija għall-kollaborazzjoni kontinwa f’dan il-proġett tant importanti għal Għawdex.”

Il-ministri wkoll żaru l-uffiċini ta’ Enemalta fix-Xewkija fejn iltaqgħu mal-impjegati li qed jikkontribwixxu għat-titjib tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-enerġija f’Għawdex.

Bħalissa, Enemalta qed tinstalla cables taħt l-art ta’ 11-il kilovolt fiż-Żebbuġ (Marsalforn) u Victoria, bħala parti minn inizjattiva nazzjonali biex titjieb il-konnettività bejn iċ-ċentri ta’ distribuzzjoni u s-substations madwar Malta u Għawdex.

Dan it-tisħiħ fl-infrastruttura jkompli iżid l-kapaċità, il-flessibilità u r-reżiljenza tan-netwerk nazzjonali, bl-għan li jitnaqqsu l-interruzzjonijiet u jiffaċilita proċess aktar mgħaġġel tas-servizz meta jkun hemm interruzzjonijiet fis-servizz mhux pjanati.

Iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Enemalta Ing. Ryan Fava saħaq fuq l-importanza ta’ dan il-proġett, u qal: “L-addizzjoni ta’ 10 kilometri ta’ cables taħt l-art se ssaħħaħ in-netwerk tagħna, billi ttejjeb l-affidabbiltà, r-reżiljenza u l-flessibilità fin-netwerk biex f’każ li tinqala’ ħsara nkunu nistgħu nagħtu lura l-provvista fl-inqas ħin possibbli.” Huwa wkoll esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-Ministeru għal Għawdex u l-kunsilli lokali għall-kollaborazzjoni kontinwa tagħhom biex dawn il-proġetti jitwettqu b’suċċess.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Investiment fl-Infrastruttura tal-elettriku f’Għawdex b’10km ta’ cables ġodda taħt l-art
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Investiment fl-Infrastruttura tal-elettriku f’Għawdex b’10km ta’ cables ġodda taħt l-art
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Investiment fl-Infrastruttura tal-elettriku f’Għawdex b’10km ta’ cables ġodda taħt l-art
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow