Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

pr251046
Date Icon 13/06/2025

Malta tissieħeb fl-inizjattiva Clean Energy Marine Hubs biex taċċellera fi fjuwils aktar sostenibbli fis-settur marittimu

Malta ngħaqdet ma’ pajjiżi oħra fosthom il-Kanada, in-Norveġja u l-Greċja fl-inizjattiva Clean Energy Marine Hubs (CEM-Hubs). Din l-inizjattiva hija sforz globali li għandha l-għan li taċċellera l-produzzjoni, il-ġarr u l-użu ta’ fjuwils aktar sostenibbli fuq skala industrijali.

Ġeografikament, il-Gvern jirrikonoxxi li pajjiżna għandu opportunità unika biex jaċċellera fil-produzzjoni, il-ġarr u l-użu ta’ fjuwils aktar sostenibbli fil-qasam marittimu. Dan minbarra l-ħidma importanti li diġà bdiet biex nilqgħu għal din l-isfida bi prattiċi aktar indaf u sostenibbli.

“Kburin li ninsabu parti mill-inizjattiva Clean Energy Marine Hubs, pass trasformattiv li jgħaqqad l-isforzi globali għal futur aktar nadif u sostenibbli. Din il-kollaborazzjoni se tippermettilna li naqsmu l-aħjar prattiċi, nallinjaw il-politiki tagħna u nsaħħu l-investimenti fl-infrastruttura ta’ fjuwils li jniġġsu anqas, sabiex nassiguraw li Malta jkollha rwol attiv fit-tranżizzjoni globali fl-enerġija marittima,” qalet il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli.

Il-Ministru Dalli rrimarkat kif is-sħubija ta’ pajjiżna fis-CEM-Hubs, huwa pass importanti li jindirizza l-ewwel pilastru tal-Viżjoni Malta 2050, jiġifieri li pajjiżna jimraħ fit-Tkabbir Ekonomiku Sostenibbli f’oqsma bħalma huma s-setturi tas-servizzi finanzjarji, l-innovazzjoni u l-marittimu fost oħrajn.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett qal “Li Malta tingħaqad fl-inizjattiva CEM-Hubs ikompli jikkonferma l-impenn tagħna biex inkomplu nkunu fuq quddiem nett fl-innovazzjoni tas-settur marittimu. Din hija opportunità għal pajjiżna sabiex jagħti kontribut fil-ħolqien tat-tranżizzjoni globali fl-enerġija marittima flimkien ma’ gvernijiet u mexxejja ewlenin fl-industrija madwar id-dinja. Bla dubju, dan huwa pass kruċjali lejn settur marittimu aktar reżiljenti u sostenibbli għal ġenerazzjonijiet futuri.”

Billi ngħaqdet ma’ din il-koalizzjoni internazzjonali, Malta terġa’ tikkonferma l-impenn tagħha li timbotta ’l quddiem soluzzjonijiet sostenibbli fil-qasam tal-enerġija u tħeġġeġ aktar kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi.

L-inizjattiva CEM-Hubs, immexxija minn gvernijiet fosthom il-Kanada, in-Norveġja, il-Greċja, il-Brażil u l-Emirati Għarab Magħquda, flimkien ma’ organizzazzjonijiet ewlenin fl-industrija bħall-International Chamber of Shipping (ICS) u l-International Association of Ports & Harbours (IAPH), isservi bħala pjattaforma dinamika li tgħaqqad flimkien stakeholders minn diversi oqsma, inklużi dawk tal-enerġija, il-marittimu, u l-finanzi. Il-missjoni tagħha hi li tnaqqas ir-riskji fl-investiment u żżid l-iżvilupp ta’ hubs ta’ enerġija nadifa madwar id-dinja. Dan filwaqt li fjuwils sostenibbli jsiru aktar aċċessibbli u affordabbli għall-industrija.

Il-parteċipazzjoni ta’ Malta tenfasizza l-pożizzjoni strateġika tagħna fil-Mediterran bħala ċentru li qed jissaħħaħ fl-innovazzjoni fl-enerġija nadifa. Din l-inizjattiva tmur id f’id mal-viżjoni ta’ Malta li l-Mediterran isir Hub ta’ enerġija nadifa, li jippromwovi settur marittimu sostenibbli li jiffaċilita tranżazzjoni globali lejn ekonomija dikarbonizzata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow