Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Dr Luke Dalli jinħatar Chairman Eżekuttiv ġdid tal-Kunsill Malti għall-Arti

pr251036
Date Icon 13/06/2025


Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħatar lil Dr Luke Dalli bħala Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Dr Dalli se jkun qiegħed jassumi dan l-irwol wara li Albert Marshall, li ta snin twal ta' servizz dedikat u kiseb riżultati sinifikanti fil-promozzjoni u t-tisħiħ tas-settur kulturali u kreattiv f'Malta, għażel li jassumi rwol differenti fi ħdan l-istess Kunsill.

Is-Sur Marshall se jkompli jagħti s-sehem tiegħu bħala konsulent fi ħdan l-istess Kunsill, sabiex il-Kunsill ikompli jibbenefika mill-esperjenza u l-għarfien tiegħu fl-ekosistema kulturali u kreattiva ta' pajjiżna.

Dr Bonnici rringrazzjah tas-servizz tajjeb immens li ta u talli aċċetta u laqa' t-talba tiegħu li jkompli jaħdem u jikkontribwixxi fi ħdan il-Kunsill f'din il-funzjoni l-ġdida.

Min-naħa tiegħu, Dr Luke Dalli huwa avukat ta' 36 sena, speċjalizzat fil-liġi li tirregola l-proprjetà intellettwali u l-akkwist pubbliku. Għal dawn l-aħħar ħdax-il sena, serva bħala Kap tal-Uffiċċju Legali, u aktar tard bħala Kap tal-Operat fi ħdan l-istess Kunsill Malti għall-Arti.

Il-Ministru Bonnici awgura kull suċċess lil Dr Dalli għall-kariga ġdida tiegħu, u jħares 'il quddiem sabiex flimkien mat-tmexxija u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill titkompla l-ħidma favur settur kulturali u kreattiv li joffri dar naturali għall-artisti Maltin u Għawdxin.

Ritratt: MCLG

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Dr Luke Dalli jinħatar Chairman Eżekuttiv ġdid tal-Kunsill Malti għall-Arti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow