Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Konferenza tal-MCAST timmarka pass ’il quddiem għas-settur tas-snajja’ f’Malta

PR251031
Date Icon 12/06/2025

Konferenza nazzjonali organizzata mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST),  immarkat pass importanti ’l quddiem għall-futur tas-snajja’ f’Malta. Il-konferenza ‘Revitalising Trades through Innovation and Skills’, fil-kampus prinċipali tal-MCAST f’Raħal Ġdid, laqqgħet flimkien uffiċjali tal-gvern, edukaturi, esperti mill-industrija, u rappreżentanti ta’ unjins biex jesploraw kif is-settur tas-snajja’ jista’ jadatta u jiffjorixxi f’ekonomija li dejjem tinbidel.

Il-konferenza nfetħet uffiċjalment mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, li ddeskriva r-rivitalizzazzjoni tas-snajja’ bħala prijorità għall-iżvilupp ta’ Malta. Il-ministru tkellem dwar il-valur tas-snajja’ u enfasizza, “Irridu nbiddlu n-narrattiva biex dan is-settur jiġi meqjus bħala triq ewlenija u mhux bħala trejqa sekondarja. L-importanza ta’ dan is-settur joħroġ mill-fatt li dan is-settur bena l-infrastruttura li llum qed nużaw u se jkun kruċjali għall-infrastruttura li rridu mmantnu u ntejbu fis-snin li ġejjin”.

Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST Stephen Vella qal li Malta trid tkompli tinvesti f’rotot vokazzjonali li jappoġġjaw kemm il-preservazzjoni ta’ ħiliet tradizzjonali kif ukoll l-adozzjoni ta’ metodi moderni. “Dan qed isir biex noffru opportunitajiet u niżguraw li nkomplu niżviluppaw programmi li huma mmirati lejn il-futur,” qal is-Sur Vella.

Id-Direttur Amanda Cassar ippreżentat l-ewwel sett ta’ programmi ta’ taħriġ mill-Istitut għas-Snajja’. Dan it-taħriġ, b'ċertifikat MQF Livell 1 u Livell 2, se joffri edukazzjoni prattika f’oqsma bħax-xogħol tal-metall, teknika fit-tessuti, xogħol tal-madum, ħidma tal-ġebla u taħriġ fil-professjonijiet marbuta mal-Kostruzzjoni (Trowel Trades): Ċertifikat fix-Xogħol tal-Metall; Ċertifikat f’Xogħol tal-Metall Prezzjuż; Ċertifikat fit-Teknika tat-Tessuti; Ċertifikat fil-Ħolqien tal-Madum u Xogħol tal-Ġebla u Ċertifikat fil-Professjonijiet tal-Kostruzzjoni.

Kull kors huwa mfassal biex jgħaqqad it-teorija mal-prattika permezz ta’ workshops, esperjenzi fuq il-post tax-xogħol u tagħlim prattiku fl-industrija. Element ewlieni ta’ dawn il-korsijiet huwa l-integrazzjoni tal-mikro-kredenzjali, li jippermettu lill-istudenti jibnu ħiliet rikonoxxuti f’moduli żgħar u iffukati. Dan l-approċċ flessibbli u gradwali huwa rikonoxxut bħala l-futur tal-edukazzjoni vokazzjonali u tat-tagħlim tul il-ħajja, u joffri ċ-ċans lill-istudenti biex jidħlu aktar malajr fid-dinja tax-xogħol u jtejbu ħilithom skont il-bżonn.

Matul il-konferenza kien hemm diversi diskussjonijiet dwar temi kruċjali, fosthom is-sostenibbiltà fis-settur tas-snajja’, ir-rwol tal-mikro-kredenzjali fit-tagħlim tul il-ħajja, u kif Malta tista’ tħejji ruħha għal futur bi professjonisti b’ħiliet speċjalizzati. Rappreżentanti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet, il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta, Jobsplus, u diversi unjins fosthom l-MUT, l-UHM, il-GWU u l-UPE ħadu sehem fid-diskussjonijiet.

Fid-diskors tal-għeluq tiegħu, id-Deputat Prinċipal Mario Cardona tkellem dwar il-ħtieġa li nibdlu l-perċezzjoni ta’ kif is-soċjetà tqis il-karrieri vokazzjonali. “Ma aħniex sempliċiment qed nimlew vojt fil-forza tax-xogħol,” qal Cardona, “qed inħejju nies bi skop, b’ħila u b’dinjità.”

Din il-konferenza saret bħala parti mis-serje ta’ avvenimenti “Encounter: MCAST meets Industry”, appoġġjata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u mmirata biex tiżgura li l-offerta ta’ korsijiet tal-MCAST tirrifletti l-ħtiġijiet tal-industrija.

L-applikazzjonijiet għall-korsijiet tal-MCAST, inklużi dawk offruti mill-Istitut għas-Snajja’ jiftħu fl-14 ta’ Lulju 2025.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Konferenza tal-MCAST timmarka pass ’il quddiem għas-settur tas-snajja’ f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Konferenza tal-MCAST timmarka pass ’il quddiem għas-settur tas-snajja’ f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Konferenza tal-MCAST timmarka pass ’il quddiem għas-settur tas-snajja’ f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow