Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Mogħtija l-warrants lil 14-il nutar ġdid

PR251029
Date Icon 12/06/2025

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ippreżenta l-warrants lil 14-il nutar ġdid wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali. Huwa awgura lin-nutara u fakkar kif fl-aħħar snin, il-professjoni tan-nutara mhux biss żdiedet fl-importanza tagħha, iżda wkoll żdiedet ir-responsabbiltà.

Il-Ministru Jonathan Attard spjega x-xogħol li qed isir mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern b'mod partikolari fil-qasam diġitali. Huwa rrimarka kif is-sistema diġitali wasslet biex l-ammont ta' nies li kienu jiġu l-arkivju għal kopja ta' kuntratt naqas bi 80%. Fil-fatt, matul is-sena 2024, ġew ipproċessati b'kollox 40,847 ordni u ġew mixtrija online 64,735 konsistenti f'kuntratti pubbliċi u testmenti.

In-Nutar tal-Gvern Dr Keith German awgura lin-nutara l-ġodda għal dan it-tragward importanti u saħaq li huma għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà, b'imparzjalità u b'rispett sħiħ lejn il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż filwaqt li jużaw il-professjoni u jgħinu lil min jiġi fil-bżonn tas-servizzi tagħhom.

Iċ-ċerimonja kienet indirizzata wkoll mill-President tal-Kunsill Notarili Roland Wedge u preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Johan Galea, l-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg u rappreżentanti tal-Kunsill Notarili.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Mogħtija l-warrants lil 14-il nutar ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Mogħtija l-warrants lil 14-il nutar ġdid
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow