Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Ftehim bejn il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u l-Università ta’ Malta biex tissaħħaħ l-edukazzjoni fid-drittijiet tad-diżabilità

pr251016
Date Icon 11/06/2025

L-Università ta' Malta u l-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur Volontarju ffirmaw ftehim ta' kollaborazzjoni li għandu l-għan li jsaħħaħ l-istudji u t-taħriġ relatat mad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità f'Malta.


Dan il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Anthony Gatt, mir-Rettur tal-Università l-Prof. Alfred J. Vella, Dr Sandra Scicluna bħala d-Dean tal-Fakultà għall-Benesseri Soċjali u Dr Amy Camilleri Zahra bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità. L-iffirmar ġie ppresedut mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Julia Farrugia.


Dan il-ftehim se jikkontribwixxi direttament għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għad-Diżabilità 2021–2030, speċifikament l-għan li jinvolvi kollaborazzjoni estensiva bejn iż-żewġ entitajiet f'oqsma bħar-riċerka, it-taħriġ u l-involviment pubbliku. Bħala parti minn dan il-ftehim, id-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità fi ħdan il-Fakultà għas-Saħħa Soċjali tal-Università se joffri korsijiet part-time ta' Diploma u Diploma Avvanzata fil-Community Access for Disabled People.


Dawn il-korsijiet, akkreditati fil-livell 5 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki (MQF), huma mfassla biex jipprovdu taħriġ teoretiku u prattiku lill-ħaddiema fis-settur tad-diżabilità, inkluż lil dawk li jaħdmu ma' Aġenzija Sapport u ma' għaqdiet volontarji, sabiex jgħinu fit-tisħiħ tal-fehim u l-applikazzjoni tal-mudell soċjali tad-diżabilità. Mill-bidu tas-sena skolastika, 6 studenti bdew dan il-kors.


Biex jiġu ffaċilitati dawn il-korsijiet u tiġi żgurata edukazzjoni ta' kwalità u aċċessibbli għal kulħadd, il-Ministeru se jipprovdi għotja finanzjarja. Dan il-pass jirrifletti impenn ċar lejn soċjetà aktar ġusta u inklużiva, fejn l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ikunu verament għal kulħadd.

Il-Ministru Julia Farrugia spjegat, “Dan il-ftehim huwa xhieda konkreta tal-viżjoni tagħna għal Malta aktar ġusta, aktar inklużiva u tassew ugwali, dan billi nsaħħu l-edukazzjoni u t-taħriġ f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità. Mhux biss qed nagħtu għodod professjonali lil dawk li jaħdmu fis-settur, iżda qed nibnu wkoll kultura li temmen bis-sħiħ fil-valur ta' kull persuna. Dan huwa mument ta' bidla strutturali, fejn l-inklużjoni mhijiex biss kelma sabiħa, iżda politika ċara u impenjata li tpoġġi s-servizzi, il-kapaċità u d-dinjità tal-persuni b'diżabilità fiċ-ċentru tal-politika li bħala Gvern qed immexxu. Il-Gvern se jkompli jaħdem id f'id mal-istituzzjonijiet edukattivi biex nagħtu l-għarfien u l-opportunitajiet kollha meħtieġa biex ħadd ma jibqa' lura."

Ir-Rettur tal-Università l-Prof. Alfred J. Vella  saħaq li dan l-iffirmar ta' dan il-ftehim huwa azzjoni trasformattiva għall-università. “Billi noffru diplomi speċjalizzati biex jiżdied l-aċċess fil-komunità għan-nies b'diżabilità, mhux biss qed inżidu l-opportunitajiet edukattivi għal kulħadd, iżda wkoll qed nieħdu pass sinifikanti lejn soċjetà aktar inklużiva u ġusta. L-edukazzjoni hija għodda qawwija għat-tisħiħ tal-awtonomija u jiena kburi li l-istituzzjoni tagħna qed tieħu rwol ewlieni fil-ħolqien ta' toroq li jagħrfu u jappoġġjaw it-talenti diversi ta' kull individwu. Soċjetà verament ġusta hija dik li fiha kulħadd għandu l-opportunità biex jirnexxi."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Ftehim bejn il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u l-Università ta’ Malta biex tissaħħaħ l-edukazzjoni fid-drittijiet tad-diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Ftehim bejn il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u l-Università ta’ Malta biex tissaħħaħ l-edukazzjoni fid-drittijiet tad-diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Ftehim bejn il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u l-Università ta’ Malta biex tissaħħaħ l-edukazzjoni fid-drittijiet tad-diżabilità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow