STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Servizz.gov b’żewġ servizzi ġodda
L-Aġenzija Servizz.gov tħabbar li se żżid żewġ servizzi ġodda għall-użu tal-pubbliku.
Minn din il-ġimgħa, persuni li se jkunu qed japplikaw għal karta tal-identità ġdida, se tkun qed tingħatalhom l-għażla li ladarba l-karta tal-identità tkun lesta, jiġbru d-dokument il-ġdid fl-eqreb ċentru reġjonali ta' Servizz.gov. Permezz tal-kollaborazzjoni ma' Identità, din l-għażla qed tingħata biex tkompli ġġib is-servizzi governattivi eqreb lejn iċ-ċittadin.
Bħalma jsir fil-preżent, il-klijent ikun mitlub li jippreżenta l-karta tal-identità l-antika meta jiġbor il-ġdida, jew il-formola ID9 jew ID5 f'każ ta' applikanti ġodda jew karta tal-identità mitlufa.
Servizz.gov iħabbar ukoll li Project Green se tingħaqad mas-servizzi offruti mill-Freephone Servizz.gov 153. B'hekk, il-pubbliku jista' jċempel dan il-freephone f'każ ta' mistoqsijiet, talbiet għall-informazzjoni jew suġġerimenti relatati ma' proġetti kurrenti u futuri ta' Project Green.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN