STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ kilometri u nofs ta’ bankini ġodda f’San Pawl il-Baħar
Madwar il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fl-aħħar ġimgħat beda b'ħidma intensiva ta' kostruzzjoni ta' żewġ kilometri u nofs ta' bankini ġodda bil-għan li jkompli għaddej l-investiment bla preċedent madwar il-pajjiż f'infrastruttura aktar aċċessibbli u sigura.
Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia, waqt żjara li għamel lill-ħaddiema, spjega kif ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa f'San Pawl il-Baħar jiffurmaw parti minn proġetti infrastrutturali oħrajn, li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq u qiegħed iwettaq f'numru ta' lokalitajiet madwar il-pajjiż.
“Infrastruttura aktar aċċessibbli u sigura hija waħda mill-prijoritajiet li bħala Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qegħdin ninvestu fiha flimkien mal-prijorità li noħolqu aktar spazji miftuħa u ħodor fil-qalba tal-komunitajiet tagħna," sostna s-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia.
Min-naħa tiegħu, is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Ċensu Galea qal kif grazzi għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u b'investiment ta' aktar minn €400,000, il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar qiegħda tibbenifika minn bankini aktar siguri u aċċessibbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN