Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN FESTIVALS MALTA Festa Nazzjonali Sette Giugno 1919

pr250975
Date Icon 05/06/2025

Festivals Malta, flimkien mal-Parlament ta' Malta u l-Kumitat Festi Nazzjonali, iħabbru l-attivitajiet nazzjonali sabiex jitfakkar is-Sette Giugno 1919.


Il-Ġimgħa, 6  ta' Ġunju 2025

Fis-6.30pm issir Ċerimonja ta' Tifkira biswit il-Monument tas-Sette Giugno 1919 fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jagħmel id-diskors tal-okkażjoni. Fi tmiem id-diskors, l-Ispeaker, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Imħallef, id-Dekan tal-Korp Diplomatiku, is-Sindku tal-Belt Valletta, rappreżentanti tal-familji tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 u organizzazzjonijiet oħra jqiegħdu kuruni fuq il-Monument tas-Sette Giugno 1919.

F'din l-attività ser tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Pulizija u l-attività tkun trażmessa LIVE fuq TVM +.

Is-Sibt, 7  ta' Ġunju 2025

Fid-8.45am, tislima lill-vittmi tas-Sette Giugno 1919 fiċ-Ċimiterju ta' Sidtna Marija Addolorata, Raħal Ġdid. Matul din iċ-ċerimonja, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, iċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u rappreżentant tal-familji tal-vittmi jqiegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 – Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer.

Fl-10am isir tqegħid ta' kuruna mill-President ta' Malta, akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta fuq il-monument tas-Sette Giugno, il-Belt Valletta. F'din iċ-ċerimonja jieħdu sehem stakkament tal-Forzi Armati ta' Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow