Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Investiment ta’ miljun ewro fuq vetturi għal kontra grass fires

PR250972
Date Icon 04/06/2025

Kompla l-investiment fuq id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bid-dħul ta' għaxar vetturi għat-tifi tan-nar fil-kampanja (grass fires). B'dan l-investiment, li sewa mal-miljun ewro, id-Dipartiment se jkollu vetturi li minħabba d-daqs żgħir u l-għamla tagħhom se jkunu jistgħu jgħaddu malajr minn trejqiet u mogħdijiet dojoq fil-kampanja sabiex jitrażżnu nirien li jitkebbsu minħabba n-nixfa sajfija fil-kampanja.

Bħala medja, kull sena, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed ikollu jintervjeni fuq medja ta' elf u sitt mitt każ ta' nirien fil-kampanja.

It-tnedija tal-vetturi saret waqt ċerimonja li għaliha attenda l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri.

Il-ministru aċċenna għat-trasformazzjoni u investiment qawwi li saru fid-dipartiment li nbidel minn wieħed b'uniformijiet u tagħmir tas-second hand, għal wieħed b'ħaddiema mħarrġa li għandhom tagħmir mill-aktar modern u sofistikat.

Qal li dan l-aħħar investiment fuq dawn il-vetturi huma ħolqa oħra minn katina ta' tagħmir li l-protezzjoni ċivili sar għandha. Huwa elenka kif il-Protezzjoni Ċivili kontinwament tinvesti f'għodda li hija partikolari għall-użu tagħna f'pajjiżna, sew jekk hux għal trejqiet fil-kampanja u l-widien, toroq dojoq f'irħula u bliet antiki, bini għoli u sew jekk hux żoni industrijali.

Huwa elenka l-investiment li sar fuq il-fire suits ġodda għal pumpiera li huma 35% eħfef fil-piż, biex b'hekk huma jaħdmu bil-kumdità anke fil-klima Maltija. L-istess sar fil-każ tal-immersion suits li bihom il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu waqt għargħar.

“Dak li għamilna b'risq il-Protezzjoni Ċivili tagħna, nagħmluh b'konvinzjoni għax nemmnu li l-protezzjoni ċivili hija ħolqa importanti fil-katina li ssostni s-sigurtà tas-soċjetà tagħna," saħaq il-ministru.

Huwa qal li l-gvern daqstant ieħor investa fit-taħriġ tal-ħaddiema u anke fil-kundizzjonijiet tagħhom. Fil-fatt bdew negozjati mal-unjins tal-ħaddiema għal ftehim settorali ġdid għal ħaddiema tad-dipartiment. Il-Ministru Byron Camilleri sostna li dan huwa l-pass li kien imiss wara li l-gvern għaraf is-servizz ta' dan id-dipartiment bħala korp dixxiplinat u għalhekk ta lill-ħaddiema 25 sena servizz, id-dritt li jitħallsu tas-sigħat kollha li jaħdmu kif ukoll tahom allowances u inċentivi b'risq il-karriera u t-taħriġ tagħhom.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro spjega kif id-dipartiment kellu jadatta l-istrateġija tiegħu ta' kif jiġġieled in-nirien fil-kampanja li kważi dejjem huma kkaġunati mill-bniedem. Qal li sigaretti u ħġieġ mormija fil-kampanja, bbqs u sewqan ta' vetturi fuq ħaxix niexef jikkaġunaw każi ta' nirien. Huwa appella wkoll lill-bdiewa biex joqgħodu b'seba' għajnejn u jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meta jiġu biex jaħarqu l-faxxina.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Investiment ta’ miljun ewro fuq vetturi għal kontra grass fires
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Investiment ta’ miljun ewro fuq vetturi għal kontra grass fires
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Investiment ta’ miljun ewro fuq vetturi għal kontra grass fires
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Investiment ta’ miljun ewro fuq vetturi għal kontra grass fires
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow