Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jidħol fi stadju ieħor il-proġett PROMISE – Proġett ta’ riċerka u innovazzjoni dwar l-affidabbiltà, l-operat u l-manutenzjoni tal-PVs

pr250957
Date Icon 02/06/2025

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti indirizza l-ftuħ ta’ seminar li qed jittella’ bħala parti mill-proġett  PROMISE dwar l-affidabbiltà, l-operat u l-manutenzjoni tal-PVs f’pajjiżna. 

Dan is-seminar qed joffri lill-parteċipanti esperjenza prattika biex janalizzaw sistemi fotovoltajiċi (PV), kif ukoll se jkunu qed jitgħallmu aktar dwar l-enerġija solari u l-potenzjal tagħha. Dan il-proġett ta’ riċerka u innovazzjoni huwa maqsum fuq tliet snin u ffinanzjat taħt Horizon Europe. L-għan ta’ PROMISE huwa li jsaħħaħ il-prestazzjoni xjentifika u ta’ innovazzjoni tal-komunità ta’ riċerka fil-qasam tal-enerġija solari.

Is-segretarju parlamentari saħaq li din l-inizjattiva tallinja mal-prijoritajiet ta’ pajjiżna fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni huma pilastri ewlenin għar-reżiljenza u t-tkabbir sostenibbli. “Il-futur tagħna qed jinbena fil-klassijiet, fil-laboratorji, u fl-imħuħ ta’ riċerkaturi żgħażagħ bħalkom. Għalhekk qed inkomplu ninvestu fl-edukazzjoni STEM, fil-mobilità tar-riċerka u fl-infrastruttura meħtieġa biex nagħtu ħajja lill-viżjoni tagħna,” spjega is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.

Huwa rringrazzja lill-Fondazzjoni għall-Innovazzjoni u r-Riċerka Malta, kif ukoll lill-konsorzju kollu ta’ PV PROMISE, għall-viżjoni u l-impenn tagħhom biex jaslu f’dan il-mument importanti. “Malta għandha l-unur li qed tilqa’ programm ta’ dan il-livell għax nemmnu fil-valuri tiegħu u fil-potenzjal tiegħu,” sostna Keith Azzopardi Tanti.

“F’Malta qed nibnu network ta’ living labs, teknoloġiji intelliġenti u talent uman, kollha jaħdmu flimkien lejn trasformazzjoni sostenibbli. Din l-inizjattiva tagħmel parti minn moviment Ewropew aktar wiesa’ mmexxi mill-Green Deal u l-Programm Digital Europe, u hija allinjata wkoll mal-Viżjoni Malta 2050,” żied jgħid is-segretarju parlamentari.

Huwa kkonferma mill-ġdid l-impenn sħiħ tal-gvern għal inizjattivi bħal PV PROMISE, li jħallu impatt konkret u sostenibbli. “Irridu niżguraw li Malta tibqa’ mhux biss riċevitur tal-innovazzjoni, iżda wkoll sors tagħha: immexxija miż-żgħażagħ tagħna, sostnuta mir-riċerka u msaħħa mill-imsieħba tagħna,” temm jgħid is-segretarju parlamentari.

PV PROMISE hija inizjattiva Ewropea mmirata biex ittejjeb l-affidabbiltà u l-manutenzjoni tas-sistemi fotovoltajiċi madwar l-Ewropa. Dan il-proġett jinvolvi  istituzzjonijiet ta’ riċerka, universitajiet u kumpaniji privati minn diversi pajjiżi Ewropej, kollha jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw għodod avvanzati u jippromwovu l-innovazzjoni fl-enerġija nadifa. Aktar tagħrif dwar PV PROMISE u Advanced Schools jista’ jinkiseb minn din il-paġna: https://pv-promise.eu/advanced-schools/.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jidħol fi stadju ieħor il-proġett PROMISE – Proġett ta’ riċerka u innovazzjoni dwar l-affidabbiltà, l-operat u l-manutenzjoni tal-PVs
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jidħol fi stadju ieħor il-proġett PROMISE – Proġett ta’ riċerka u innovazzjoni dwar l-affidabbiltà, l-operat u l-manutenzjoni tal-PVs
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jidħol fi stadju ieħor il-proġett PROMISE – Proġett ta’ riċerka u innovazzjoni dwar l-affidabbiltà, l-operat u l-manutenzjoni tal-PVs
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow