Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI Aġġornament dwar Avviż tas-Saħħa Pubblika

pr250956
Date Icon 02/06/2025

Riskju kkonfermat għas-saħħa: Livelli eċċessivi ta’ Vitamina D fis-Suppliment “FOLIDI”

Wara l-avviż ta’ prekawzjoni li kien diġà ġie maħruġ rigward is-suppliment ta’ Vitamina D “FOLIDI”, l-Awtoritajiet tas-Saħħa issa kkonfermaw li dan il-prodott fih livelli eċċessivi ta’ vitamina D, ogħla minn dawk iddikjarati fuq it-tikketta tiegħu.

Konsum eċċessiv ta’ Vitamina D jista’ jwassal għal riskji serji għas-saħħa, speċjalment jekk jittieħed għal perjodu twil ta’ żmien. Għalhekk, il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ b’mod urġenti biex jieħu dawn il-passi:

• Iwaqqaf minnufih il-konsum ta’ “FOLIDI”.

• Ma jissostitwixxix dan is-suppliment b’ieħor li jkun fih Vitamina D.

• Jikkuntattja ċ-Ċentru Nazzjonali tal-Veleni fuq 1774 għal aktar pariri mediċi. Is-servizz huwa disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-8:00 ta’ filgħaxija.

• Jirritorna kwalunkwe prodott li jkun fadal lill-ispiżerija minn fejn inxtara.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow