Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tnedija ta’ TM Roads – pjattaforma diġitali b’koordinament effettiv fil-ħidma amministrattiva relatata ma’ xogħlijiet infrastrutturali

pr250953
Date Icon 02/06/2025

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett, nieda uffiċjalment TM Roads, pjattaforma diġitali li se twassal għal koordinament effettiv u proċess trasparenti u effiċjenti fil-ħidma amministrattiva relatata ma' xogħlijiet fit-toroq u l-infrastruttura. 

Sal-lum, is-sistema eżistenti biex persuna tapplika biex isiru interventi infrastrutturali kienet tinvolvi proċess li kien ikkumplikat, burokratiku u jista' jtellef il-koordinazzjoni bejn l-entitajiet ikkonċernati. Għaldaqstant, TM Roads se tiġbor l-entitajiet kollha involuti fix-xogħlijiet tat-toroq u fl-istess ħin se tinforma lill-pubbliku bil-permessi u kwalunkwe komunikazzjoni li ssir biex tittejjeb il-koordinazzjoni tant meħtieġa. B'hekk l-inkonvenjent għar-resident se jitnaqqas drastikament.

Il-proġett sar b'kollaborazzjoni ma' Transport Research Laboratory, kumpanija rinomata fir-Renju Unit li ħadmet ma' ħafna pajjiżi madwar id-dinja u li magħha ser iġġib l-esperjenza vasta tagħha u iktar importanti bidla fil-mentalità dwar kif inħarsu lejn il-mobbiltà.

Il-Ministru Chris Bonett saħaq kif din il-pjattaforma hi, “Pass importanti minn katina usa' ta' soluzzjonijiet li qed naslu għalihom biex inwettqu l-viżjoni li wittejna flimkien permezz tar-Reshaping Our Mobility. Kif kont għidt meta nedejna l-viżjoni tagħna, hemm baħar jaqsam bejn li tagħmel pjan fuq karta u bejn li timplimentah. Nemmen li din l-inizjattiva u dawk kollha li nedejna tul dawn ix-xhur juru s-serjetà u l-bżulija ta' dan il-gvern biex joffri s-soluzzjonijiet konkreti li ċ-ċittadin bir-raġun jistenna mingħandna l-politiċi".

Il-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta, Kurt Farrugia, sostna kif, “Permezz ta' TM Roads, se naraw li l-komunikazzjoni bejn il-pubbliku u Transport Malta titjieb. In-nies ser ikunu jistgħu jidħlu u jirreġistraw l-interess tagħhom biex ikunu notifikati meta jkunu se jsiru x-xogħlijiet fil-viċinanza tad-dar jew fil-post tax-xogħol tagħhom. Nemmen li jekk dak li jkun infurmat, ikun jista' jippjana ħafna aħjar."

TM Roads se sservi bħala mudell ta' governanza koordinata u proattiva li se tnaqqas il-burokrazija filwaqt li ssir aktar effiċjenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tnedija ta’ TM Roads – pjattaforma diġitali b’koordinament effettiv fil-ħidma amministrattiva relatata ma’ xogħlijiet infrastrutturali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tnedija ta’ TM Roads – pjattaforma diġitali b’koordinament effettiv fil-ħidma amministrattiva relatata ma’ xogħlijiet infrastrutturali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow