Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Titwettaq parti minn miżura oħra elettorali: jinfetaħ l-ewwel Cat Café fiż-Żurrieq

pr250949
Date Icon 31/05/2025

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, Omar Farrugia, inawgurat il-ftuħ tal-ewwel Cat Cafe fiż-Żurrieq.

Alicia Bugeja Said spjegat li permezz ta’ dan il-cat café, il-ministeru kompla jaħdem fuq il-wegħdi elettorali, fosthom li jkollna iżjed cat cafés u dog parks. Hija qalet li, “Proġetti bħal dawn għandhom rwol importanti fil-kura u l-protezzjoni tal-qtates stray. Illum ftaħna dan l-ispazju sabiħ fejn il-viżitaturi jistgħu jqattgħu ftit ħin ma’ dawn il-qtates f’ambjent sigur”. 

Hija saħqet ukoll fuq il-ħtieġa li din l-inizjattiva tiġi mħeġġa f’lokalitajiet oħrajn. “Inħeġġeġ aktar inizjattivi simili biex flimkien nibnu futur aktar ġust u b’aktar għarfien dwar id-drittijiet tal-annimali. Il-ħarsien tal-annimali abbandunati għandu jkun prijorità għalina lkoll”, temmet tgħid Bugeja Said.

Fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi lesta xogħol ta’ manutenzjoni fil-Cat Cafè li hemm f’din iż-żona. 

Fi żjara li għamel waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia spjega kif ix-xogħol li qiegħed isir f’din iż-żona huwa wieħed li joħloq ambjent aħjar, kemm għal dawk li jiġu jżuru din iż-żona jew li jagħtu l-ikel lill-qtates, kif ukoll għall-qtates stess.

Is-Sindku taż-Żurrieq, Rita Grima, qalet, “Illum okkażjoni speċjali għall-Kunsill Lokali taż-Żurrieq għax wara  ħafna xhur ta’ ħidma, infetaħ l-ewwel Cat Cafè immexxi mill-kunsill lokali. Nirringrazzja lil diversi entitajiet, voluntiera, il-kunsilliera Marisa D’Amato kif ukoll is-Segretarju Eżekuttiv Josianne Cilia Munford għax mingħajr il-ħidma tagħhom ma kienx jirnexxielna nvaraw dan il-proġett”. 

Qalet ukoll li, “Se nilqgħu qtates tat-triq, hawn kamra għal meta l-qtates jiġu imsewwija u fejn il-cat feeders jiġu jitimgħu lil dawn il-ħlejjaq u jgħaddu ftit ħin magħhom. Bi kburija ngħid li dan hu proġett ieħor imwettaq mill-kunsill lokali”.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Titwettaq parti minn miżura oħra elettorali: jinfetaħ l-ewwel Cat Café fiż-Żurrieq
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Titwettaq parti minn miżura oħra elettorali: jinfetaħ l-ewwel Cat Café fiż-Żurrieq
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Titwettaq parti minn miżura oħra elettorali: jinfetaħ l-ewwel Cat Café fiż-Żurrieq
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Titwettaq parti minn miżura oħra elettorali: jinfetaħ l-ewwel Cat Café fiż-Żurrieq
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow