Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Dar il-Mediterran u l-Bank Ċentrali ta’ Malta jniedu munita li tfakkar l-450 anniversarju tas-Sacra Infermeria

PR250944
Date Icon 30/05/2025

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, bil-kollaborazzjoni ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, nieda munita kommemorattiva tal-fidda li tfakkar l-450 anniversarju tal-bini tas-Sacra Infermeria, fil-Belt Valletta. 

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, l-Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, Alexander Demarco, u ċ-Chairman u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Dar il-Mediterran, Kenneth Spiteri u Nigel Vella, ħabbru l-munita l-Ġimgħa filgħodu, hekk kif intemmu l-avvenimenti b’tifkira ta’ dan l-anniversarju.

Dr Borg faħħar din l-inizzjattiva, hekk kif enfasizza s-sinifikat tas-Sacra Infermeria, illum magħrufa bħala Dar il-Mediterran, fl-iżvilupp mediku, kulturali, artistiku u internazzjonali ta’ Malta. 

“Hekk kif inħarsu ’l quddiem, inħeġġu lil Dar il-Mediterran biex tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala ċentru tal-arti u l-kultura, filwaqt li tibqa’ tospita ħafna avvenimenti importanti, fosthom uħud mill-konferenzi tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa, din is-sena stess,” stqarr Dr Borg.

L-Aġent Gvernatur Alexander Demarco qal li “d-disinn tal-munita juri l-aspett umanitarju tas-Sacra Infermeria, li kienet tagħti l-għajnuna medika lil kulħadd, irrispettivament mill-mezzi finanzjarji u l-pożizzjoni soċjali, u llum, dan il-bini għadu jwassal għanijiet simili, billi jkompli jkun ta’ ġid għall-umanità.”

Iċ-Chairman ta’ Dar il-Mediterran Kenneth Spiteri nnota li din il-munita kommemorattiva tissimbolizza l-impenn ta’ Dar il-Mediterran fil-ħidma lejn servizzi t’eċċellenza. “Is-Sacra Infermeria kienet oriġinarjament żviluppata bħala wieħed mill-aqwa sptarijiet fl-Ewropa, bil-ħarsien u l-kompassjoni li l-Kavallieri ta’ Malta kienu famużi għaliha – dan l-ispirtu t’innovazzjoni u servizz jibqa’ parti essenzjali mill-operat ta’ Dar il-Mediterran illum,” hu spjega. 

Il-munita, li saret fiz-Zekka Rjali tal-Olanda, hija magħmula minn fidda 0.925 u tiżen 28.28 gramma, b’diametru ta’ 38.61 millimetru. Minn din il-munita saru biss 450, li jkompli jżid il-valur esklussiv tagħha. Fuq naħa, il-munita għandha l-arma ta’ Malta, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra għandha disinn artistiku li juri Gran Mastru tal-Ordni tal-Kavallieri jieħu ħsieb il-morda, b’tislima lejn l-għan oriġinali ta’ din il-binja. L-artist rinomat Malti Noel Galea Bason ħoloq u naqqax id-disinn ta’ din il-munita.

Is-Sacra Infermeria nbniet fl-1574 taħt it-tmexxija tal-Gran Mastru Jean de la Cassière. Ix-xogħol tlesta fl-1578, u l-post baqa’ jissemma għas-sala twila 150 metru li hemm f’din il-binja, kif ukoll għal-livell għoli ta’ kura li kien joffri. Il-bini jirrifletti l-missjoni tal-Ordni ta’ San Ġwann bħala ospitalieri, u minn seklu għal ieħor kellu diversi rwoli ċiviċi.

Minkejja li sofriet diversi ħsarat fit-Tieni Gwerra Dinjija, is-Sacra Infermeria baqgħet tintuża u fl-1978 beda proġett ta’ restawr estensiv, sabiex tinbidel f’ċentru għall-konferenzi. Kienet uffiċjalment inawgurata bħala Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-11 ta’ Novembru 1979.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Dar il-Mediterran u l-Bank Ċentrali ta’ Malta jniedu munita li tfakkar l-450 anniversarju tas-Sacra Infermeria
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Dar il-Mediterran u l-Bank Ċentrali ta’ Malta jniedu munita li tfakkar l-450 anniversarju tas-Sacra Infermeria
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Dar il-Mediterran u l-Bank Ċentrali ta’ Malta jniedu munita li tfakkar l-450 anniversarju tas-Sacra Infermeria
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Dar il-Mediterran u l-Bank Ċentrali ta’ Malta jniedu munita li tfakkar l-450 anniversarju tas-Sacra Infermeria
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow