AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI Avviż ta’ prekawzjoni rigward is-suppliment tal-Vitamina D ‘FOLIDI’
Il-pubbliku qed jiġi infurmat li, bħala miżura ta' prekawzjoni, persuni li bħalissa għandhom is-suppliment tal-Vitamina D bl-isem 'FOLIDI' huma mħeġġa jevitaw li jikkunsmaw dan il-prodott sakemm jinħareġ avviż ieħor.
Valutazzjonijiet preliminari indikaw li 'FOLIDI' jista' jkun fih livelli ogħla ta' Vitamina D minn dawk iddikjarati fuq it-tikketta. Konsum eċċessiv ta' Vitamina D jista' jwassal għal riskji għas-saħħa, speċjalment jekk jittieħed għal perjodu estiż ta' żmien.
Għalhekk:
- Il-konsumaturi huma avżati biex ma jiħdux 'FOLIDI' sakemm ma jitlestew l-investigazzjonijiet meħtieġa.
- Kull min għandu dan is-suppliment jista' jrodd il-prodott lura l-ispiżerija minn fejn inxtara.
L-awtoritajiet qed iwettqu investigazzjoni bir-reqqa biex jevalwaw il-firxa tal-problema.
Nirringrazzjaw lill-pubbliku għall-kooperazzjoni u l-fehim tagħhom f'dan il-każ, li qed jiġi ttrattat bl-ogħla prijorità sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-pazjent.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN