Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tal-NCPE

pr250932
Date Icon 29/05/2025

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) u l-General Workers' Union iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-NCPE li jkopri sal-2030.

Il-ftehim ġie ffirmat mill-Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, Renee Laiviera, u mis-Segretarju tat-Taqsima tal-GWU, Kendrick Bondin, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg.

Dan il-ftehim kollettiv jipprovdi titjib fis-salarji kif ukoll fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tal-Kummissjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li l-impenn tal-ħaddiema tal-Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza qed jagħmel differenza fil-ħajja ta' persuni li esperjenzaw diskriminazzjoni. Żiedet tgħid li dan il-ftehim jikkumplimenta ftehimiet oħra li qed jiġu konklużi għal diversi ħaddiema fis-servizz pubbliku.

Il-Kummissarju Renee Laiviera qalet li dan il-ftehim jgħin biex il-Kummissjoni jibqa' jkollha impjegati motivati u dedikati biex iwettqu d-doveri tagħhom u fost oħrajn jindirizzaw bi professjonalità temi marbuta mal-ugwaljanza u diskriminazzjoni li jistgħu jaffettwaw sezzjonijiet ta' persuni vulnerabbli.

Min-naħa tiegħu, Kendrick Bondin esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-ftehim ġie konkluż u se jidħol fis-seħħ immedjatament, u li se joffri serħan il-moħħ lill-ħaddiema permezz ta' titjib fis-salarji għal ħames snin li ġejjin.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tal-NCPE
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow