STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Xogħlijiet infrastrutturali fi 13-il sqaq li se jgawdu minnhom aktar minn 100 familja f’Ħaż-Żabbar
B'investiment ta' nofs miljun ewro, aktar minn kilometru u nofs ta' sqaqien qegħdin jinqalgħu mill-ġdid
F'Ħaż-Żabbar, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia ħabbar kif bħalissa, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għaddej b'xogħlijiet infrastrutturali importanti fuq 13-il sqaq residenzjali. Dan l-investiment ser ikun qiegħed isaħħaħ il-kwalità tal-ħajja ta' aktar minn 100 familja li jgħixu f'dawn l-isqaqien.
Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol, is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia, akkumpanjat mis-Sindku ta' Ħaż-Żabbar Jorge Grech, saħaq kif ix-xogħlijiet li qegħdin isiru ser isaħħu u jiżguraw kwalità ta' ħajja u ambjent aħjar mhux biss għar-residenti Żabbarin li jabitaw f'dawn l-isqaqien iżda wkoll għal-lokalità kollha.
Is-Sindku ta' Ħaż-Żabbar, Jorge Grech, fakkar kif dan l-investiment fil-komunità Żabbarija qiegħed isir grazzi għall-iffirmar li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kien iffirma ma' 54 Kunsill Lokali biex ikunu ffaċilitati dawn it-tip ta' proġetti.
Il-Perit Kurt Sapiano spjega kif ix-xogħlijiet li qegħdin isiru f'numru ta' sqaqien f'Ħaż-Żabbar jikkonsistu f'servizzi ġodda tad-drenaġġ u ilma kif ukoll pavimentar ġdid biex isaħħu l-aċċessibbiltà għar-residenti kollha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN