STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Żewġ Ambaxxaturi nonresidenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta
Dalgħodu, żewġ Ambaxxaturi nonresidenti ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.
Dawn huma:
L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Kosovo l-Eċċellenza Tagħha Nita Shala,
u
L-Ambaxxatur tan-Nepal l-Eċċellenza Tiegħu Shanil Nepal;
L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Kosovo tkellmet dwar il-vjaġġ tal-Kosovo lejn l-indipendenza u l-aċċess għad-drittijiet bażiċi tal-bniedem. L-Ambaxxatriċi spjegat kif il-Kosovo uża l-investiment teknoloġiku tiegħu biex jattira individwi fis-settur. L-Ambaxxatriċi qalet li ser tuża din l-opportunità biex taħdem fuq inizjattivi fis-setturi tal-edukazzjoni u n-negozju biex tippromwovi skambji bejn negozji u bejn persuni ma’ Malta.
L-Ambaxxatur tan-Nepal irrikonoxxa r-relazzjonijiet kordjali bejn Malta u n-Nepal u espressa l-interess partikolari tiegħu li jindirizza l-bżonnijiet tal-komunità Nepaliża f’Malta, li tikkonsisti f’aktar minn 11,000 ċittadin.
L-Ambaxxatur tkellem ukoll dwar oqsma potenzjali ta’ kooperazzjoni, li tinkludi l-konnettività bejn in-nies, speċifikament fejn huwa involut it-turiżmu. Huwa rrimarka wkoll l-isforzi u l-progress ta’ Malta fis-settur agrikolu u qal li n-Nepal jistenna bil-ħerqa li jikkollabora ma’ Malta biex jikseb aktar għarfien dwar prattiki standard f’dan il-qasam.
Matul il-laqgħat, il-President Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi għall-ħatra tagħhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN