Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Jinħatar Assistent Kummissarju ġdid għall-Korp tal-Pulizija

PR250917
Date Icon 28/05/2025

Is-Supretendent Johann Joseph Fenech inħatar mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri bħala Assistent Kummissarju tal-Pulizija li ser ikun inkarigat mis-Sezzjoni tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Immaniġġjar tad-Data tal-Korp.

L-Assistent Kummissarju Fenech issieħeb fil-Korp tal-Pulizija bħala Spettur fl-2004 fejn serva fid-Distrett, filwaqt li fl-2008 ingħaqad mal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Fl-2018 huwa kien promoss għal Supretendent fejn ingħata t-tmexxija tal-Iskwadri ta’ Kontra l-Vizzji u tad-Droga tal-Pulizija.

Għal dawn l-aħħar erba’ snin kien qiegħed imexxi t-Taqsima tal-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika tal-Korp tal-Pulizija.

Il-Ministru Byron Camilleri sostna kif din il-ħatra ser tkompli tikkumplimenta t-tisħiħ li qiegħed isir fil-Korp tal-Pulizija ma’ kull jum li jgħaddi bl-għan li ċ-ċittadin dejjem jingħata servizz aqwa u pajjiżna jkompli jkun dejjem aktar sigur. Spjega kif din il-ħatra ser tkun qegħda ssaħħaħ parti oħra mill-ħidma importanti li jwettaq il-Korp tal-Pulizija b’mod partikolari fiż-żminijiet tal-lum. Tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-Korp tal-Pulizija anke fil-kundizzjonijiet tagħhom, kif dejjem għamel, u li ser jibqa’ ta’ spalla biex mir-riżultati tkompli tgawdi s-soċjetà.

Preżenti għall-ħatra kien hemm il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà li fissirha bħala pass ieħor lejn Korp modern u professjonali. “Is-Sur Fenech huwa gradwat b’Baċellerat fl-Istatistika u l-Informatika u għaldaqstant bħala Assistent Kummissarju ġdid inkarigat mis-Sezzjoni tal-ICT u l-Immaniġġjar tad-Data tal-Pulizija huwa mistenni li jkompli jmexxi din is-sezzjoni, tant importanti fid-dinja tal-lum, lejn trasformazzjoni diġitali.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Jinħatar Assistent Kummissarju ġdid għall-Korp tal-Pulizija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow