Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Aktar professjonisti jingħataw warrant jew ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju

pr250905
Date Icon 27/05/2025

F'ċerimonja uffiċjali, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ppreżenta warrant jew ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju lil erbatax-il persuna li jaħdmu fil-qasam tal-konservazzjoni u tar-restawr tal-patrimonju kulturali.

B'kollox, tlettax-il persuna ngħataw ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju, liema ċertifikat inħareġ għar-raba' darba mill-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi. Dan ifisser li sal-lum ingħataw dan iċ-ċertifikat total ta' 58 persuna. Ingħata wkoll warrant lil persuna oħra u għaldaqstant it-total ta' warrants maħruġa jitla' għal 63.

Il-Ministru Bonnici spjega li bis-saħħa ta' dawn il-warrants u ċ-ċertifikati mogħtija mill-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi, l-abbiltajiet ta' dawn il-professjonisti qed jiġi rikonoxxut. Huwa spjega li peress li x-xogħol ta' konservazzjoni u restawr ta' oġġetti ta' valur kulturali jeħtieġ li jsir bl-aħjar mezzi, materjal, galbu, u etika, l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali jesiġi li biex wieħed iwettaq dan it-tip ta' xogħol jeħtieġ li jkollu warrant jew ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali.

Il-Ministru Bonnici kkonkluda billi rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom tul iż-żmien, partikolarment liċ-Chairperson tal-bord, Dr Joseph Buttigieg, u lill-kumplament tal-bord li kien strumentali biex illum qed nirrikonoxxu dawn il-professjonisti u l-ħaddiema billi jingħataw warrant jew ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Aktar professjonisti jingħataw warrant jew ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Aktar professjonisti jingħataw warrant jew ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Aktar professjonisti jingħataw warrant jew ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow