Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: L-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi proprjetà tal-gvern lill-Kunsill Lokali tal-Isla

pr250899
Date Icon 26/05/2025

Proprjetà tal-gvern li tinstab fil-qalba tal-Isla se tgħaddi formalment mingħand l-Awtorità tal-Artijiet f'idejn il-Kunsill Lokali ta' din il-lokalità sabiex tintuża għal għanijiet kulturali, edukattivi u komunitarji.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli waqt li ppresedew l-iffirmar tal-ftehim ta' devoluzzjoni.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li “Grazzi għal dan il-ftehim, qed inkomplu nkabbru l-impenn tagħna favur il-komunitajiet lokali u favur il-preservazzjoni tal-wirt storiku tagħna."

Il-Ministru spjega kif l-Awtorità tal-Artijiet, permezz tal-ħidma professjonali u viżjoni ċara, qed tkompli tappoġġja lill-kunsilli lokali biex jagħmlu użu mill-proprjetajiet tal-gvern b'mod li jġib valur miżjud lill-komunità.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli laqgħet bi pjaċir l-iffirmar ta' dan il-ftehim, fejn irrimarkat li permezz tiegħu qed joħolqu aktar spazji pubbliċi għall-użu aktar sostenibbli sabiex jitgawdew kemm mir-residenti Sengleani kif ukoll mill-viżitaturi li jattendu l-wirjiet li se jittellgħu f'dan il-post.

“Kommessi li nkomplu l-ħidma tagħna biex aktar proprjetà pubblika tiġi fdata f'idejn il-Kunsilli Lokali, għaliex huma proprju l-kunsilli li jafu l-aħjar il-ħtiġijiet tal-lokalitajiet li jirrappreżentaw," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari.

Is-Sindku tal-Isla, Clive Pulis, irringrazzja lill-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari għall-kooperazzjoni tagħhom biex wasslu għall-iffirmar ta' dan il-ftehim li se jkun ta' benefiċċju għall-komunità tal-Isla.

Ritratti: DOI/MLI-MHAL_PS

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: L-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi proprjetà tal-gvern lill-Kunsill Lokali tal-Isla
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: L-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi proprjetà tal-gvern lill-Kunsill Lokali tal-Isla
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow