STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Sapport u aftercare lill-priġunieri
Il-Gvern estenda ftehim soċjali illi għandu mal-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, bil-għan li jissaħħu servizzi li jgħinu priġunieri jintegraw lura fil-komunità, u fl-istess waqt jingħata sapport lill-familjari tagħhom speċjalment lit-tfal.
Permezz ta' dan il-ftehim ser ikun iffinanzjat servizz ġdid ta' Aftercare fil-Komunità, sabiex ikompli jsegwi l-progress u anke diffikultajiet ta' dawn l-istess persuni.
Dan il-ftehim ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, fejn esprima sodisfazzjon li għal darb'oħra qed jiġu ffinanzjati dawn is-servizzi.
“Permezz ta' dan il-ftehim qed nassistu sabiex min żbalja xorta waħda jingħata ċ-ċans sabiex jimxi 'l quddiem. Kellna ħafna stejjer ta' suċċess u konvint li għajnuniet bħal dawn jagħmlu differenza," stqarr il-Ministru Michael Falzon.
Intant matul din is-sena l-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl iċċelebrat it-30 sena mit-twaqqif tagħha, snin li matulhom raw jissaħħu l-programmi residenzjali, fosthom is-servizzi ta' 'Dar Bla Ħitan', 'L-Ewwel Kenn' u 'Ġieħ u Tama', favur il-familji ta' priġunieri. Statistika uffiċjali wriet li aktar minn 2,600 individwu rrikorrew għal servizzi ta' terapija fl-aħħar tliet snin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN