STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Malta tieħu sehem fil-Laqgħa tal-“Madrid Group" fi Spanja
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes, f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg, irrappreżenta lil Malta f'laqgħa internazzjonali tal-“Madrid Group" li saret f'Madrid, Spanja.
Il-laqgħa ġiet organizzata bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti minn 18-il pajjiż kif ukoll minn tliet organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin: l-Unjoni Ewropea, il-Lega Għarbija u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Iżlamika.
Din il-laqgħa saret bħala parti minn inizjattiva diplomatika mmirata biex jissaħħaħ l-appoġġ internazzjonali għar-rikonoxximent tal-Istat Palestinjan, kif ukoll biex jitlob għal waqfien immedjat mill-ġlied u għajnuna umanitarja urġenti għas-sitwazzjoni katastrofika f'Gaża.
Matul l-intervent tiegħu, il-Ministru Roderick Galdes saħaq li Malta tibqa' kommessa lejn soluzzjoni paċifika, ġusta u sostenibbli għall-kunflitt fil-Lvant Nofsani, ibbażata fuq is-soluzzjoni ta' żewġ stati.
Ritratti: MSAA
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN