Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Imnedija uffiċjalment id-diġitalizzazzjoni tal-evoluzzjoni tal-mappa ta’ Malta ta’ bejn l-1896 u l-1927

pr250891
Date Icon 24/05/2025

Matul il-Public Service Expo 2025, li qiegħda tittella’ mis-Servizz Pubbliku fl-EXPO Village f’Ta’ Qali, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia nieda uffiċjalment id-diġitalizzazzjoni ta’ kif il-mappa ta’ Malta ta’ bejn 1896 u l-1927 evolviet.

Waqt it-tnedija, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett faħħar ix-xogħol li sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u sostna kif istituzzjonijiet b’aktar minn seklu ta’ storja jistgħu jittrasformaw ruħhom u jkunu eżempju ċar ta’ kif il-modernizzazzjoni tista’ sseħħ f’kull qasam, b’serjetà, b’viżjoni u b’impenn. Huwa spjega kif il-Gvern jinsab kommess li jkompli jkabbar in-numru ta’ servizzi li joffri online u li diġà jpoġġu lil Malta fost l-aqwa pajjiżi Ewropew f’dan il-qasam. “Dan hu eżempju ta’ kif it-trasformazzjoni diġitali ma tfissirx biss li nagħtu s-servizzi online, imma jfisser ukoll illi nipproteġu l-għeruq tagħna, u nagħtuhom ħajja ġdida li biha nistgħu nieħdu deċiżjonijiet aħjar għal ġenerazzjonijiet futuri,” temm jgħid il-Ministru Bonett.

Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia saħaq kif din it-tnedija mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, tikkonferma kemm minkejja li d-Dipartiment huwa l-eqdem Dipartiment fis-settur pubbliku, matul is-snin abbraċċja l-qalba teknoloġika u qiegħed jaħdem qatigħ biex ikompli jiġġedded. “F’dinja fejn kulma tmur qiegħda tkompli tkabbar id-dipendenza tagħha fuq it-teknoloġija, bħala Public Works rajna kif nistgħu nżommu ma’ dan il-pass u noffru perspettiva diġitali ta’ kif pajjiżna, inkluż il-kosta tagħna evolviet matul era ta’ snin.” 

Is-Segretarju Parlamentari Farrugia faħħar il-ħidma li saret mill-Unit tar-Riċerka u l-Ippjanar fi ħdan id-Dipartiment, u qal kif din il-qabża diġitali bla preċedent ser tkun ta’ għajnuna għal entitajiet governattivi oħrajn fit-twettiq ta’ proġetti kapitali kif ukoll minn diversi istituzzjonijiet akkademiċi, bħall-Università ta’ Malta, li ddeskrivew dan il-proġett diġitali bħala riżorsa nazzjonali utli.

Huwa kkonkluda jgħid li dan l-investiment li sar fuq dan il-proġett jimxi id f’id ma’ wieħed mill-erba’ pilastri tal-Viżjoni Malta 2050 – dak li ċ-ċittadini jkollhom servizzi aktar aċċessibbli permezz ta’ teknoloġija avvanzata u diġitalizzazzjoni.

Daniel Fenech, mill-Unit tar-Riċerka u l-Ippjanar, spjega kif dan il-proċess ta’ diġitalizzazzjoni kien jikkonsisti f’riċerka wiesgħa u innovattiva li wasslet għall-ħolqien tal-mappa magħrufa bħala il-‘Joint Ordnance Survey of Malta 1896-1927’. Kompla jgħid li wara proċess ta’ skennjar ta’ mapep antiki, dawn ġew iddiġitalizzati b’sistema li tissejjaħ Geographic Information Systems, biex illum, il-pubbliku inġenerali, professjonisti u riċerkaturi jistgħu jaraw kif il-mappa ta’ pajjiżna evolviet matul is-snin b’mod diġitali. 

Il-pubbliku jista’ jaċċessa din il-mappa diġitali billi jżur dan il-link - https://bit.ly/MaltaMap18961927.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Imnedija uffiċjalment id-diġitalizzazzjoni tal-evoluzzjoni tal-mappa ta’ Malta ta’ bejn l-1896 u l-1927
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Imnedija uffiċjalment id-diġitalizzazzjoni tal-evoluzzjoni tal-mappa ta’ Malta ta’ bejn l-1896 u l-1927
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow