Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Minn Pjazza għal Pjazza – Inizjattiva li se tara l-pjazez tal-lokalitajiet jimtlew b’attività kulturali

PR250889
Date Icon 24/05/2025

Minn Pjazza għal Pjazza hija inizjattiva ġdida li permezz tagħha diversi pjazez madwar pajjiżna se jimtlew bl-attività kulturali. Din l-inizjattiva hija mmirata biex toħloq esperjenzi artistiċi u kulturali fil-qalba tal-komunitajiet Maltin – il-pjazez.

F’konferenza indirizzata mill-Ministru għall-Wirt Kulturali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, ġie spjegat li din l-inizjattiva tikkonsisti minn sensiela ta’ spettakli, films lokali, attivitajiet komunitarji u interattivi li se jittellgħu fil-pjazez Maltin u Għawdxin.

Intqal kif l-għan prinċipali hu li l-pjazez jiġu trasformati fi spazji miftuħa bħala ċentri ta’ kreattività. Permezz ta’ din l-inizjattiva l-arti se tkun aktar aċċessibbli għal kulħadd, filwaqt li tiġi ċċelebrata l-identità kulturali Maltija waqt li tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-komunità.

Il-Ministru Owen Bonnici qal, “Din l-inizjattiva għandha l-għan li tkompli tagħti l-ħajja lill-pjazez madwar Malta u Għawdex permezz ta’ attivitajiet ta’ kwalità organizzati mill-kunsilli lokali. Il-pjazza, li dejjem kienet il-qalba tal-ħajja soċjali fil-lokalitajiet tagħna, se terġa’ ssir spazju ħaj fejn l-arti u l-komunità jingħaqdu f’esperjenzi li jsawru u jsaħħu l-identità kulturali tagħna.”

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li din hija inizjattiva oħra min-numru ta’ inizjattivi li qed jinħarġu għall-Kunsilli Lokali, fejn id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali se tkun qed talloka madwar €25,000 għal kull attività kulturali li se tittellà.

“Fix-xhur li ġejjin numru ta’ kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex ser ikunu qed jittrasformaw il-pjazez tagħhom fi spazji li jiċċelebraw il-kultura, it-tradizzjonijiet, l-arti u t-talenti lokali. Iżda fuq kollox din l-inizjattiva se tkun qed toffri lir-residenti tal-lokalitajiet esperjenzi mill-isbaħ. Din hi turija ċara li l-Gvern jemmen bi sħiħ fil-Kunsilli Lokali, u kif dawn jistgħu jkunu ta’ pjattaforma għall-kultura u l-komunità Maltija,” qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-Segretarju Parlamentari temmet tgħid, “Dan hu investiment fil-Kunsilli Lokali, fil-kultura u l-arti, fl-artiġġjanat u fuq kollox investiment fir-residenti kollha tal-lokalitajiet biex ikollhom aktar opportunitajiet li jqattgħu l-ħin ta’ mistrieħ tagħhom mal-familjari u mal-ħbieb. Għaldaqstant inħeġġeġ lil kulħadd sabiex jattendi għall-attivitajiet ta’ ‘Minn Pjazza għal Pjazza’.”

Intant, il-lokalitajiet li fihom se tkun qed tittella’ din l-inizjattiva, fix-xhur li ġejjin, huma l-Birgu, Ħal Għargħur, il-Gżira, l-Isla, il-Kalkara, Marsaskala, il-Mosta, l-Imtarfa, Tal-Pietà, Ħal Qormi, il-Qrendi, ir-Rabat, San Lawrenz, Ta’ Kerċem u ż-Żejtun.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Minn Pjazza għal Pjazza – Inizjattiva li se tara l-pjazez tal-lokalitajiet jimtlew b’attività kulturali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Minn Pjazza għal Pjazza – Inizjattiva li se tara l-pjazez tal-lokalitajiet jimtlew b’attività kulturali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Minn Pjazza għal Pjazza – Inizjattiva li se tara l-pjazez tal-lokalitajiet jimtlew b’attività kulturali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow