Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI ​Titnieda pjattaforma diġitali ġdida biex tippromwovi l-avvenimenti kulturali f'Malta u f'Għawdex

PR250888
Date Icon 23/05/2025

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, f'kollaborazzjoni ma' inkontru.app, nieda uffiċjalment kalendarjukulturali.gov.mt – pjattaforma diġitali ġdida li għandha l-għan li tippromwovi u tagħti viżibilità akbar lill-avvenimenti kulturali li jsiru madwar Malta u Għawdex.

Din l-inizjattiva tfisser pass importanti biex il-kultura f'pajjiżna ssir aktar aċċessibbli għall-pubbliku. kalendarjukulturali.gov.mt ser iservi bħala kalendarju li jiġbor fih il-programmi u l-attivitajiet kollha organizzati mill-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi (PCOs), fosthom kunċerti, żfin, teatru, wirjiet tal-arti viżiva, festivals, ċinema u ħafna aktar.

“Illum f'Malta u Għawdex jittellgħu mijiet ta' avvenimenti ta' livell internazzjonali matul is-sena kollha. Permezz ta' din il-pjattaforma, qed nagħtu spazju ġdid u modern biex dawn l-avvenimenti jilħqu udjenza iktar wiesgħa, filwaqt li nkomplu nsaħħu l-identità kulturali ta' pajjiżna," sostna l-Ministru Bonnici. Huwa temm billi rringrazzja  lill-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi, l-artisti u t-timijiet professjonali li jaħdmu minn wara l-kwinti, għax-xogħol kontinwu tagħhom.

Sarah-Lee Zammit, Ko-Fundatriċi ta' inkontru.app, qalet: “inkontru.app kienet mibnija fuq riċerka estensiva dwar kif il-pubbliku Malti jinteraġixxi mal-kultura. B'dan l-għarfien, ħloqna pjattaforma li tgħin lill-artisti u lill-organizzaturi jippromwovu aħjar il-ħidma tagħhom, filwaqt li nrawmu impenn akbar mill-udjenza."

Għal aktar tagħrif u biex tiskopri x'hemm ġej, żur: www.kalendarjukulturali.gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI ​Titnieda pjattaforma diġitali ġdida biex tippromwovi l-avvenimenti kulturali f'Malta u f'Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow