Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA: Iffirmat ftehim ġdid biex it-tindif tat-toroq isir f’off-peak hours

PR250887
Date Icon 23/05/2025

Miżura oħra mwettqa mill-inizjattiva “Reshaping Our Mobility”

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Glenn Bedingfield ippressjedew għall-iffirmar ta’ ftehim bejn l-entitajiet Transport Malta u d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni biex is-servizzi tat-tindif tat-toroq madwar Malta jibdew isiru f’off-peak hours.

Din il-miżura tifforma parti minn sensiela ta’ miżuri diġà mwettqa u oħrajn li se jiġu implimentati fix-xhur li ġejjin bl-għan li tiġi mitigata kemm jista’ jkun l-isfida tat-traffiku. L-iffirmar ta’ dan il-ftehim sar waqt il-Public Service Expo 2025, attività li turi l-ħidma importanti li qed isir mill-impjegati fis-Servizz Pubbliku.

Il-Ministru Bonett sostna, “Dawn il-ftehimiet mhux dejjem faċli li jintlaħqu għax jinvolvu bidliet fir-rutina ta’ diversi ħaddiema. Iżda l-fatt li dan il-ftehim qed jiġi ffirmat fi ftit ġimgħat biss wara li l-miżura ġiet imħabbra juri li fejn hemm rieda tajba minn kulħadd, jista’ jintlaħaq qbil għall-ġid komuni.” 

Huwa kompla billi spjega kif il-Gvern qiegħed imexxi b’eżempju bl-għan li anke s-settur privat jagħmel użu aħjar mill-ekonomija ta’ 24 siegħa. “Dan il-ftehim huwa pass ieħor ’il quddiem lejn sistema ta’ mobilità li taqdi aħjar liċ-ċittadini tagħna,” temm jgħid il-Ministru Bonett.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield fisser kif “dan il-ftehim juri b’mod ċar kif il-Gvern qiegħed jaħdem b’mod koordinat biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Permezz ta’ dan il-ftehim, mhux biss se nassiguraw li l-operat tat-tindif pubbliku jsir b’mod aktar effiċjenti, iżda nkunu wkoll qed nikkontribwixxu b’mod dirett biex kemm jista’ jkun innaqqsu l-konġestjoni fit-toroq tagħna.”

Permezz ta’ dan il-ftehim, id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni qed timpenja ruħha li twettaq it-tindif ta’ toroq arterjali u distributuri barra l-ħinijiet ta’ konġestjoni. Dan jfisser li dan it-tindif ma jsirx bejn is-06:00 u d-09:00 u bejn l-16:00 u s-19:00 matul il-ġimgħa, kif ukoll bejn id-09:00 u s-13:00 nhar ta’ Sibt. L-għan ewlieni hu li jitnaqqas l-impatt fuq it-traffiku u jitjieb l-ippjanar ta’ dawn is-servizzi.

F’isem Transport Malta, il-ftehim ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv Kurt Farrugia, u f’isem id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni ġie ffirmat minn Ramon Deguara, Direttur Ġenerali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA: Iffirmat ftehim ġdid biex it-tindif tat-toroq isir f’off-peak hours
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow