Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: L-ewwel edizzjoni ta' SHARE Malta: Professjonisti minn madwar l-Ewropa jirrikonoxxu l-avvanz fis-settur tal-kostruzzjoni

pr250873
Date Icon 23/05/2025


Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard indirizza l-ewwel edizzjoni ta' SHARE Malta, forum internazzjonali li jiġbor professjonisti mill-oqsma tal-arkitettura u l-inġinerija minn madwar l-Ewropa.

Fid-diskors tiegħu, il-ministru enfasizza r-riformi kontinwi li qed jitwettqu fis-settur tal-kostruzzjoni f'Malta, bil-għan li nimxu lejn settur bi standards ogħla, aktar sigur, professjonali u sostenibbli.

“Matul is-sena li għaddiet, bħala ministeru ħdimna qatigħ biex niġbru flimkien stakeholders varji ta' dan is-settur – mill-ippjanar u d-disinn, sal-kostruzzjoni, regolamentazzjoni u l-operat tas-suq", spjega l-Ministru Attard filwaqt li aċċenna għall-Viżjoni Malta 2050 u l-importanza li tinżamm l-etika, il-professjonalità u l-interess pubbliku fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.

Fost id-diversi riformi huwa tkellem dwar:

  • Il-liċenzjar obbligatorju għall-kuntratturi u l-bennejja, b'aktar minn 1,300 liċenzja diġà maħruġa u mijiet oħra fil-proċess ta' approvazzjoni. Dan il-proċess se jkun akkumpanjat minn monitoraġġ indipendenti u tiġdid regolari tal-liċenzji.
  • Ftehim dwar l-Introduzzjoni tal-ewwel Kodiċi Nazzjonali tal-Bini u l-Kostruzzjoni, li se jkopri aspetti kritiċi bħas-sigurtà strutturali, il-prestazzjoni ambjentali, l-aċċessibilità, l-operat fuq is-siti, l-użu tal-enerġija u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.
  • It-tnedija tal-Aġenzija tal-Proprjetà, li taħdem bħala regolatur ġdid sabiex tgħolli l-istandards fost l-intermedjarji fil-proprjetà, b'enfasi fuq it-trasparenza, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-etika kummerċjali.
  • L-inizjattiva 'Ixtri Proprjetà Sostenibbli', li tipprovdi inċentivi finanzjarji għal dawk li jixtru proprjetà b'livell għoli ta' effiċjenza fl-enerġija – pass ieħor lejn ambjent mibni aktar ekoloġiku u reżiljenti.

Il-ministru rringrazzja lill-President tal-Kamra tal-Periti Andre Pizzuto; lill-Fundatur ta' SHARE Architects Florin Mindirigiu; lid-Direttur fl-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport fi ħdan l-MCAST Dr Inġ. Stephen Sammut; u lil Dr Jeanette Muñoz Abela, li rrappreżentat lid-Dekan tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni fl-Università ta' Malta.

Fl-aħħar nett, il-ministru saħaq li l-viżjoni tal-Gvern hi waħda ċara li l-arkitettura u l-ambjent mibni jkomplu jkunu għall-ġid komuni, spazji li jippromwovu is-saħħa u l-benesseri tan-nies u l-komunitajiet. “Il-Viżjoni Malta 2050, flimkien mar-riformi leġiżlattivi li qed inwettqu bħala gvern huma kollha xhieda ta' kemm dan il-gvern jemmen f'settur tal-kostruzzjoni sostenibbli u li jirrispetta l-miri ambjentali u ekonomiċi".

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kamra tal-Periti Andre Pizzuto sostna li huwa ta' unur kbir li pajjiżna qiegħed jospita din l-ewwel edizzjoni ta' SHARE Malta – forum li jirrifletti mhux biss il-kapaċità u l-kreattività tal-professjonisti tagħna, imma wkoll ir-rieda kollettiva li nibnu futur aktar sostenibbli, responsabbli u ta' kwalità għolja. Huwa rringrazzja lill-ministeru għall-appoġġ kontinwu lill-Kamra tal-Periti u għall-impenn li jissaħħaħ ir-rwol tal-arkitettura fl-iżvilupp tal-pajjiż. “SHARE Malta 2025 huwa punt ta' tluq għal impenn ikbar lejn ambjent mibni li tassew iservi l-ġid komuni", temm jgħid Pizzuto.

Ritratti (MJR)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: L-ewwel edizzjoni ta' SHARE Malta: Professjonisti minn madwar l-Ewropa jirrikonoxxu l-avvanz fis-settur tal-kostruzzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: L-ewwel edizzjoni ta' SHARE Malta: Professjonisti minn madwar l-Ewropa jirrikonoxxu l-avvanz fis-settur tal-kostruzzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow