Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Żieda ta’ ħames service pillars għas-sajjieda fil-Kalkara

pr250850
Date Icon 20/05/2025

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, inawgurat ħames service pillars ġodda fil-port tal-Kalkara, li se jkunu ta' benefiċċju dirett għall-komunità tas-sajjieda u persuni oħrajn li jużaw dan il-port.

Dawn is-service pillars huma parti minn inizjattivi sabiex jiġu pprovduti faċilitajiet moderni, aċċessibbli u ambjentalment sostenibbli lill-komunitajiet tas-sajd madwar Malta u Għawdex. Dawn il-pillars se jipprovdu aċċess dirett għall-ilma u l-elettriku, b'sistema moderna u effiċjenti, u b'hekk itejbu l-operat ta' kuljum tas-sajjieda.

“Dan huwa eżempju ċar ta' kif il-Gvern qed jinvesti f'infrastruttura moderna biex jindirizza l-bżonnijiet tas-sajjieda tagħna. Is-servizzi offruti minn dawn il-pillars huma essenzjali u se jgħinu biex is-settur isir aktar professjonali, sigur u sostenibbli," sostniet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said. Hi żiedet li f'dan il-port kien hemm biss service pillar wieħed u dan il-Gvern ħadem sabiex is-sajjieda jaħdmu b'mod iktar komdu u issa għandhom total ta' sitt service pillars.

Hija żiedet tgħid li dan il-proġett hu wieħed minn diversi proġetti mħabbra fil-Budget, li jinkludu wkoll interventi simili f'Marsaskala, San Pawl il-Baħar, u Marsaxlokk. “Qed inwieġbu direttament għat-talbiet tas-sajjieda stess — dan huwa eżempju ta' Gvern li jisma' u jaġixxi," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Min-naħa tiegħu, Bjorn Azzopardi, Aġent Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, sostna li dan l-investiment se jtejjeb il-mod kif jaħdmu s-sajjieda u jagħmilha eħfef biex joperaw b'mod aktar sostenibbli u effiċjenti. “Qed naħdmu biex dawn is-servizzi jkunu aċċessibbli kemm għal sajjieda professjonali kif ukoll għad-dilettanti."

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina sostna, “Huwa ta sodisfazzjon li sar dan l-investiment bżonjuż għas-sajjieda u għad-dilettanti tad-dgħajjes fejn f'din iż-żona issa għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom sitt service pillars."

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Żieda ta’ ħames service pillars għas-sajjieda fil-Kalkara
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Żieda ta’ ħames service pillars għas-sajjieda fil-Kalkara
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Żieda ta’ ħames service pillars għas-sajjieda fil-Kalkara
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Żieda ta’ ħames service pillars għas-sajjieda fil-Kalkara
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow