Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda kampanja ta’ informazzjoni sabiex inkomplu nħarsu l-prodotti agrikoli ta’ pajjiżna

pr250843
Date Icon 19/05/2025

Il-kaxxi uffiċjali tal-Pitkalija jintużaw biss għall-prodott agrikolu lokali

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali nieda regolamenti ġodda relatati mal-Kummerċ ta' Prodotti Agrikoli ta' Malta u mas-Swieq Maltin għall-Kummerċ Agrikolu li ħa jagħtu assigurazzjoni lix-xerrej li l-prodott li ħa jkun ħa jixtri huwa mingħand bdiewa lokali Għawdxin u Maltin.

Dawn ir-regolamenti huma mfassla biex jipprovdu appoġġ dirett lill-bdiewa, lill-produtturi lokali, lix-xerrejja u lill-aġenti tal-bejgħ, filwaqt li jsaħħu l-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti agrikoli lokali.

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Anton Refalo spjega li permezz ta' dawn ir-regolamenti qed titwettaq wegħda elettorali. Kompla li dawn ir-regolamenti se jiġu mħarsa mill-Malta Food Agency u  huma maħsuba biex jagħtu serħan il-moħħ kemm lill-bidwi u kemm lill-konsumatur. “Dan huwa eżempju ċar ta' Gvern li jisma', fosthom bi tweġiba għan-numru ta' laqgħat u konsultazzjonijiet li saru mal-imsieħba u r-rappreżentanti tas-settur," saħaq il-Ministru Refalo.

Il-Malta Food Agency se tkun qed toħroġ linji gwida u direttivi għall-operat tas-settur, filwaqt li tiżgura trasparenza akbar fil-pubblikazzjoni ta' informazzjoni.

Fost il-bidliet prinċipali introdotti fir-Regolamenti hemm:

- Użu ta' kaxxi uffiċjali identifikati (illum il-kaxxi l-ħodor bil-kliem Pitkali Markets) għall-prodott agrikolu lokali biss.

- Tikketti obbligatorji għall-prodotti mibjugħa mill-Pitkalija.

- Proċess ta' laqgħat mal-operaturi tas-settur, tfassil ta' linji gwida, kampanja ta' informazzjoni u perjodu ta' transizzjoni.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Food Agency Brian Vella spjega, “Dawn ir-Regolamenti jagħtu lill-konsumatur l-opportunità li jkunu jafu minn fejn ġej l-ikel li qegħdin jikkunsmaw. Il-kaxxa tal-Pitkalija u t-tikketta diġitali ma jfissrux biss prodott lokali u frisk, iżda huma wkoll prova tan-nisġa ta' xogħol iebes tan-nies tagħna fl-għelieqi. Meta l-konsumatur jixtri prodott Malti, qiegħed jagħraf u jirrispetta l-isforz tal-bdiewa tagħna, filwaqt li jżomm il-valur ekonomiku fi ħdan il-komunità u jsaħħaħ il-futur tal-biedja f'pajjiżna."

Il- Malta Food Agency se tkun responsabbli mill-infurzar tar-Regolamenti. Uffiċjali tagħha se jkollhom l-awtorità biex jassessjaw il-każijiet, filwaqt li jipprovdu d-dritt ta' informazzjoni u azzjoni lil dawk involuti.

Bħala parti minn dan il-proċess, se titnieda kampanja ta' informazzjoni u reklamar biex l-operaturi kollha fis-settur u l-konsumaturi jkunu infurmati b'mod ċar u prattiku dwar dawn il-bidliet regolatorji.

Il-Ministru Refalo temm jgħid li, “Dawn ir-regolamenti huma pass importanti biex niżguraw li s-settur agrikolu Malti jkun wieħed modern, kompetittiv u sostenibbli għaliex issa l-bdiewa u l-konsumaturi Għawdxin u Maltin ser jkollhom assigurazzjoni li l-prodott li jkun qiegħed fil-kaxxi tal-pitkalija se jkun verament prodott lokali."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda kampanja ta’ informazzjoni sabiex inkomplu nħarsu l-prodotti agrikoli ta’ pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda kampanja ta’ informazzjoni sabiex inkomplu nħarsu l-prodotti agrikoli ta’ pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow