Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-kamp tar-refuġjati Al Za'atari fil-Ġordan

pr250837
Date Icon 19/05/2025

Waqt żjara uffiċjali fil-Ġordan, il-Prim Ministru Robert Abela żar il-kamp tar-refuġjati Al Za'atari, li huwa operat mill-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti, il-UNHCR.

Dan huwa l-akbar kamp tar-refuġjati fid-dinja li jassisti u jipproteġi refuġjati li ħarbu minn sitwazzjonijiet ta' vjolenza fis-Sirja.

Hemmhekk il-Prim Ministru Robert Abela kellu ċ-ċans jiltaqa' ma' ħaddiema tal-UNHCR li ta' kuljum iwettqu xogħol imprezzabbli ma' 70,000 refuġjat. 50% tal-popolazzjoni ta' dan il-kamp tar-refuġjati huma tfal u saħansitra 20% minnhom għandhom inqas minn 5 snin.

Fi ħdan dan il-kamp ukoll hemm 32 skola. Fil-fatt, 23,000 student jattendu fihom u jirċievu l-edukazzjoni tagħhom ta' kuljum. Il-kamp jinkludi wkoll 8 ċentri tas-saħħa, bi klinika partikolari topera 24 siegħa kuljum. Apparti minn hekk jiġi offrut ikel u servizzi bħal dawk ta' enerġija u ilma.

Filwaqt li segwa x-xogħol importanti li twettaq din l-aġenzija ta' kuljum, il-Prim Ministru Robert Abela kellu ċ-ċans ukoll jiltaqa' ma' ħafna persuni li joqogħdu f'dan il-kamp. Magħhom Dr Abela kellu ċ-ċans isegwi attivitajiet differenti fosthom dawk ta' xogħol tal-id u li jrendu finanzjarjament lura lil dan il-kamp.

Apparti minn hekk, il-Prim Ministru poġġa ma' persuni differenti fosthom ma' familji fejn sema' l-esperjenzi tagħhom ta' kuljum u x'wassal biex illum il-ġurnata jinsabu jirrisjedu f'dan il-kamp. Kien hawnhekk li Dr Abela ħabbar li l-Gvern Malti se jkun qed jassisti l-operat ta' dan il-kamp tar-refuġjati u b'hekk lil dawn il-persuni nfushom b'għotja finanzjarja.

Hawnhekk, il-Prim Ministru kellu ċ-ċans jiltaqa' wkoll ma' wħud mit-tfal fejn hemmhekk saħansitra qattgħu ftit ħin jilagħbu l-logħba tal-ballun li tgħaqqad tant popolazzjonijiet u kulturi minn madwar id-dinja.

Il-Prim Ministru temm iż-żjara tiegħu b'messaġġ favur il-paċi li ġġib l-istabbiltà politika u ekonomika li tant tħalli ġid fost in-nies.

Ritratt (OPM)

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-kamp tar-refuġjati Al Za'atari fil-Ġordan
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow