Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-gvern jalloka proprjetà fil-Qawra lis-Soċjetà Mużikali San Pawl biex tintuża għat-tagħlim tal-mużika

PR250826
Date Icon 16/05/2025

Il-gvern, permezz tal-Awtorità tal-Artijiet, alloka proprjetà b'kirja  fil-Qawra lis-Soċjetà Mużikali San Pawl bil-għan li  tintuża għat-tagħlim tal-mużika fi ħdan il-komunità ta' San Pawl il-Baħar u l-madwar. Dan il-ftehim ta' kera, għall-perjodu ta' ħmistax-il sena, huwa pass ieħor importanti fl-istorja ta' din is-Soċjetà biex tkompli ssaħħaħ il-ħidma volontarja f'din il-lokalità b'aktar taħriġ fil-mużika.

Il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi ppreseda dan il-ftehim li ġie ffirmat fil-binja tas-Soċjetà Mużikali San Pawl mill-President tas-Soċjetà, Joseph Vella, u l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella.

“Dan il-ftehim ma jfissirx biss użu ta' spazju iżda huwa wkoll eżempju tal-impenn tal-Gvern biex l-proprjetà pubblika tiġi użata għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Irridu nkomplu nagħtu l-appoġġ kollu lil dawk l-għaqdiet li  jkun ta' servizz għall-komunità billi joffru servizzi ta' tagħlim. Dawn l-għaqdiet iżommu ħajja l-kultura tagħna u joffru ambjent pożittiv u sigur għaż-żgħażagħ tagħna," saħaq il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi.

Huwa żied jgħid li l-gvern se jibqa' kommess li jappoġġja aktar każini tal-baned, kunsilli lokali u għaqdiet non-governattivi sabiex jinħolqu komunitajiet iktar magħquda, kreattivi u attivi.

Min-naħa tiegħu, il-President tas-Soċjetà Mużikali San Pawl Joseph Vella wera l-apprezzament tiegħu għal dan il-ftehim u spjega kif din is-Soċjetà se tkun qed tutilizza dan l-ispazju. Huwa faħħar il-kollaborazzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet u l-għajnuna tal-kumitat ħabrieki ta' din is-Soċjetà.

Il-proprjetà mikrija, li tinsab fi Triq Domenico De Nizza, se tkun amministrata mis-Soċjetà Mużikali San Pawl għal skopijiet edukattivi u mużikali. Din is-Soċjetà tmur lura għas-sena 1947.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-gvern jalloka proprjetà fil-Qawra lis-Soċjetà Mużikali San Pawl biex tintuża għat-tagħlim tal-mużika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow