Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titħabbar l-ewwel edizzjoni ta’ “Qalb il-Frawli” fin-Nadur

PR250809
Date Icon 14/05/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar avveniment ġdid li se jsir għall-ewwel darba fin-Nadur, “Qalb il-Frawli".

Din l-attività għall-familja kollha se tittella' l-Ħadd, 18 ta' Mejju, fi Pjazza San Pietru u San Pawl fin-Nadur, bejn l-10:00 ta' filgħodu u s-6:00 ta' filgħaxija. L-avveniment se jiffoka fuq il-frawli lokali magħrufa għall-kwalità eċċezzjonali, u se joffri esperjenza unika li tgħaqqad il-prodott lokali mal-kultura u d-divertiment għall-familji.

Il-Ministru Clint Camilleri qal, “Dan se jkun jum għall-familja kollha fejn kull min iżur in-Nadur se jkun jista' jduq l-aqwa frawli u prodotti tagħhom. L-idea hija fuq kollox li noħolqu spazju fejn il-familji jistgħu jqattgħu ġurnata sabiħa flimkien, jieħdu gost b'dak kollu li joffri Għawdex u fl-istess ħin nagħtu spinta lill-bdiewa u lill-prodotti tagħna."

Waqt il-festa “Qalb il-Frawli" wieħed se jkun jista' jduq l-aqwa frawli friski u prodotti magħmulin minn din il-frotta, igawdi minn ikel, mużika live u wirjiet, jara l-ħidma ta' artiġjani Għawdxin, u se jkun hemm ukoll attivitajiet interattivi għat-tfal.

Il-Ministru Clint Camilleri stieden lill-pubbliku kollu sabiex nhar il-Ħadd imur in-Nadur, u filwaqt li jduq il-frawli friski, jieħu sehem fl-attivitajiet, jara x'joffru l-artiġjani Għawdxin u jgħaddi ġurnata mimlija b'dak kollu li jagħmilna kburin li aħna Għawdxin. Huwa stqarr li din se tkun l-ewwel minn ħafna edizzjonijiet ta' Qalb il-Frawli – festa sabiħa li tiċċelebra l-kultura u l-komunità Għawdxija filwaqt li tħalli memorji sbieħ, speċjalment għat-tfal.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fuq https://eventsingozo.com/event/qalb-il-frawli/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titħabbar l-ewwel edizzjoni ta’ “Qalb il-Frawli” fin-Nadur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow