Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Żjara lix-xogħlijiet li għaddejjin fuq l-ikbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Malta

PR250806
Date Icon 14/05/2025

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes żar ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq l-ikbar proġett ta' akkomodazzjoni soċjali li qatt sar f'pajjiżna. Dan il-proġett huwa mifrux f'sit ta' madwar 10,000 metru kwadru f'Ħal Farruġ.

Il-Ministru Roderick Galdes spjega li permezz ta' investiment sostanzjali ta' madwar €40 miljun, dan il-proġett se jkun qiegħed jagħmel differenza sinifikanti fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali. L-istess proġett mistenni jinkludi madwar 267 appartament u 300 garaxxijiet u spazji għall-karozzi.

Fiż-żjara tiegħu, flimkien ma' rappreżentanti minn Malita Investments p.l.c. u l-Awtorità tad-Djar, il-ministru seta' jsegwi mill-qrib ix-xogħlijiet u l-avvanzi li qegħdin isiru f'dan is-sit. Dan il-proġett se jinkludi total ta' tliet blokok ta' appartamenti, liema appartamenti jikkonsistu f'numru differenti ta' kmamar tas-sodda sabiex ikunu jistgħu jilqgħu għal bżonnijiet differenti.

Il-ministru aċċenna għall-fatt li dan il-proġett se jkun ukoll f'konformità mal-Viżjoni Malta 2050, liema viżjoni timmira li tkompli tiġi indirizzata l-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali.

Il-ministru sostna li jħares 'il quddiem sabiex dan il-proġett ikun jista' jkompli joffri residenzi sikuri u b'dinjità lil iktar familji. “Il-kwalità għolja li qegħdin naraw fil-proġetti tal-akkomodazzjoni soċjali qiegħda tiġi riflessa fil-kwalità tal-ħajja tal-benefiċjarji, liema benefiċjarji jkunu jeħtieġu l-għajnuna tal-istat f'dak il-perjodu ta' ħajjithom. Bħala gvern kommessi li nibqgħu ninvestu f'dawn ir-residenzi ta' kwalità u nkunu ta' spalla għal dawn il-familji," huwa kkonkluda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Żjara lix-xogħlijiet li għaddejjin fuq l-ikbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Żjara lix-xogħlijiet li għaddejjin fuq l-ikbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Żjara lix-xogħlijiet li għaddejjin fuq l-ikbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow