STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Sejħa għal governanza diġitali aktar b'saħħitha u inklussiva
Fi Strasburgu, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon indirizza l-ftuħ tal-Edizzjoni tad-Djalogu Ewropew 2025 tal-Kunsill Ewropew li ddiskutiet il-Governanza tal-Internet.
Il-ministru sostna li l-era diġitali wasslet għal rivoluzzjoni soċjali u jeħtieġ governanza Ewropea strutturata li tilqa' għal sfidi bħall-misinformazzjoni, lingwa ta' mibegħda, u esplojtazzjoni diġitali li jolqtu l-aktar faxex vulnerabbli, ewlenija fosthom it-tfal.
“L-aħjar interess u l-protezzjoni tat-tfal għandu dejjem jingħataw prijorità. Għandu jkun hemm mhux biss obbligazzjonijiet legali iżda anke responsabbiltajiet morali. Iktar minn qatt qabel qed tinħass il-ħtieġa urġenti għal struttura tal-governanza diġitali li żżomm fornituri tas-servizzi onlajn responsabbli għal kwalunkwe nuqqasijiet fil-pjattaformi diġitali," saħaq il-Ministru Michael Falzon.
Il-Ministru Michael Falzon kompla jinsisti dwar governanza ċara li tistabbilixxi regoli ċari, speċjalment b'rabta ma' kontenut aċċessibbli għal-minuri. Hawnhekk il-Ministru ħeġġeġ għal rispons kollettiv u kkoordinat, li jinvolvi gvernijiet differenti, s-soċjetà ċivili, l-akkademja, u s-settur privat.
Fl-isfond ta' dan kollu, il-Ministru Michael Falzon ħabbar li f'Lulju li ġej, Malta se tospita Konferenza Ministerjali ta' livell għoli li timmarka l-15 anniversarju tal-Konvenzjoni Lanzarote dwar il-protezzjoni tat-tfal kontra l-abbuż u l-esplojtazzjoni sesswali.
Huwa temm jgħid li Malta tibqa' impenjata bis-sħiħ sabiex tiżviluppa governanza responsabbli tal-internet li tkun fl-istess direzzjoni ma' dik tal-Kunsill Ewropew.
Ritratti: MSPC
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN