Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Il-Ministru Jonathan Attard b’enfasi fuq ir-reżiljenza u r-riformi fis-suq tal-proprjetà waqt il-preżentazzjoni tal-Malta Property Landscape 2025

pr250800
Date Icon 13/05/2025

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard indirizza t-tnedija tal-preżentazzjoni tal-Malta Property Landscape 2025. Dan ir-rapport annwali prodott minn Grant Thornton Malta u Dhalia jipprovdi analiżi dettaljata tat-tendenzi fis-suq tal-proprjetà f'Malta.

Waqt li kien qed jindirizza professjonisti, partijiet interessati u dawk li jfasslu l-politika fis-settur, il-Ministru Attard faħħar din l-aħħar edizzjoni ta' dan ir-rapport bħala għodda kruċjali biex jinbena suq tal-proprjetà li jkun reżiljenti, sostenibbli u b'viżjoni għal futur aktar stabbli.

“Din l-inizjattiva tappoġġja il-ħidma ta' kulħadd — dawk li jfasslu l-politika, l-investituri, il-professjonisti u individwi — biex flimkien nibnu settur li mhux biss huwa reżiljenti iżda wkoll allinjat mal-bżonnijiet tas-soċjetà Maltija," qal il-Ministru.

Konklużjonijiet ewlenin mir-rapport tal-2025 jinkludu:

•⁠  ⁠Aktar minn 12,500 tranżazzjoni ta' proprjetà fl-2024, b'valur ta' €3.5 biljun, li jfissru żieda ta' 3.4% fuq is-sena ta' qabel;

•⁠  ⁠Permessi għall-proprjetà kummerċjali li rritornaw għal-livelli ta' qabel il-pandemija, imqanqlin minn attivitajiet qawwija fit-turiżmu, is-servizzi finanzjarji, l-IT u l-gaming.

Il-Ministru Attard enfasizza l-ħtieġa ta' ppjanar fit-tul u sostenibbiltà, billi saħaq li s-settur tal-proprjetà għandu rwol fundamentali biex Malta tilħaq l-impenn tagħha li tkun pajjiż b'nuqqas nett ta' emissjonijiet ta' karbonju sal-2050.

F'dan il-kuntest, huwa semma l-iskema Ixtri Proprjetà Sostenibbli li ġiet imnedija mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Din l-iskema toffri għotjiet finanzjarji bejn €4,500 u €9,000 fuq tliet snin għall-akkwist ta' proprjetajiet li jissodisfaw kriterji definiti ta' sostenibbiltà.

“Din l-iskema tmur lil hinn mill-inizjattivi tradizzjonali tal-1st u 2nd time buyers, billi tgħaqqad l-affordabbiltà mal-prestazzjoni ambjentali," żied jgħid Dr Attard.

Il-Ministru rrefera wkoll għal riformi reċenti li jsaħħu l-qafas regolatorju tas-settur, fosthom it-twaqqif tal-Aġenzija tas-Suq tal-Proprjetà, li għandha rwol li tirregola l-intermedjarji fis-suq, tgħolli l-istandards professjonali u tappoġġja lill-konsumaturi permezz ta' edukazzjoni u superviżjoni. Din l-aġenzija tikkumplimenta l-ħidma tal-Property Malta Foundation, li tkompli taħdem biex tqiegħed lil Malta bħala destinazzjoni ewlenija għall-investiment internazzjonali fil-proprjetà.

“Mill-istadju tal-ippjanar, għall-kostruzzjoni, u mir-regolamentazzjoni għall-operat tas-suq — dan is-settur jolqot il-ħajja ta' eluf ta' persuni. Hekk kif nimxu lejn il-Viżjoni Malta 2050, irridu nikkonsolidaw dak li diġà ksibna, imma wkoll nimplimentaw inizjattivi ġodda u kuraġġużi," sostna l-Ministru Attard.

Il-Ministru Attard temm billi rringrazzja lil Grant Thornton Malta u Dhalia għall-ħidma kontinwa tagħhom biex jipprovdu għarfien dwar is-settur li huwa ibbażat fuq ir-riċerka u d-data, li  tkun ta' appoġġ għal policies u l-involviment tal-pubbliku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Il-Ministru Jonathan Attard b’enfasi fuq ir-reżiljenza u r-riformi fis-suq tal-proprjetà waqt il-preżentazzjoni tal-Malta Property Landscape 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow