Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar sostenn favur żvilupp sostenibbli fl-isport u l-faċilitajiet sportivi f’pajjiżna

pr250795
Date Icon 13/05/2025

Sitt clubs oħra se jingħaqdu mal-għexieren ta' klabbs u assoċjazzjonijiet sportivi li ngħataw titolu fuq l-art li jokkupaw, biex tintuża biex l-isport ikompli jiżviluppa u jilħaq livelli ogħla.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima xpruna din l-inizjattiva biex aktar proprjetajiet tal-Gvern jgħaddu għand għaqdiet sportivi, quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li jrid japprova tali trasferimenti.

Dawn il-klabbs huma: Rinella Tennis Club, Malta Model Aircraft Flying Association, Senglea Athletics Football Club, Floriana Football Club, Burmarrad Football Club u Sliema Wanderers Football Club.

Il-Ministru Grima saħaq kif għaqdiet sportivi li għandhom titolu, kemm ta' kera jew ta' ċens temporanju fuq l-art li jokkupaw, għandhom il-possibilità li jkattru l-isport u għalhekk ikomplu jikbru u jimirħu fil-qasam sportiv tagħhom.

Din l-inizjattiva tkompli ssaħħaħ l-impenn tal-Gvern fis-settur sportiv. Matul is-sena li għaddiet, 19-il proprjetà jew artijiet mifruxa f'diversi lokalitajiet għaddew lil SportMalta biex din tgħaddihom lil għaqdiet sportivi biex jiżviluppaw faċilitajiet u jtejbu s-servizzi li joffru lill-isportivi Maltin u Għawdxin.

B'kollox, mill-2017, SportMalta għaddiet xejn inqas minn 33 proprjetà jew art għal skop sportiv. Dan juri l-impenn tal-Gvern biex jgħin bl-aħjar mod possibbli l-iżvilupp tal-isport fil-pajjiż.

Kull klabb jew assoċjazzjoni li għandhom titolu ta' ċens jew kera, tħallas ammont sussidjat b'95% tal-kera jew ċens oriġinali bħala assistenza oħra li l-Gvern jagħti lil dawn il-klabbs u assoċjazzjonijiet. Dan apparti l-assistenza kollha li l-Gvern jagħti fil-bini tal-infrastruttura u faċilitajiet sportivi, kemm dawk ta' SportMalta u anke oħrajn ta' assoċjazzjonijiet u klabbs individwali, filwaqt li anke fetaħ it-triq biex klabbs jistgħu jikkumerċjalizzaw l-art li fuqha għandhom titolu.

Aktar għajnuna li ngħatat hija dik ta' tnaqqis fir-rata ta' taxxa tad-dħul għall-isportivi kollha għal 7.5%, li din is-sena ġiet estiża anki għall-amministraturi tal-klabbs. Xi ħaġa li diġà qed jibbenefikaw minnha eluf ta' sportivi. Dan huwa impenn bla preċedent mill-Gvern favur l-isport u l-isportivi. SportMalta bl-assistenzi diretti tgħin biex tħallas it-traġitt u l-akkomodazzjoni ta' dawk l-isportivi li jirrappreżentaw lil pajjiżna barra minn xtutna permezz tal-International Participation Scheme.

Il-Gvern huwa konxju li għad hemm għaqdiet sportivi li m'għandhomx titolu fuq l-art u għalhekk qed ikompli jimpenja ruħu biex jgħin lil dawn il-klabbs.

Dan kollu jorbot bis-sħiħ mal-Viżjoni Malta 2050, li ssostni l-impenn kontinwu tal-Gvern lejn kwalità ta' ħajja sana għal kulħadd, u li twieżen il-benesseri tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, kif jixhdu miżuri immirati biex l-isportivi jkollhom aċċess għal faċilitajiet ta' taħriġ tal-ogħla livell, u l-appoġġ neċessarju biex jottimizzaw l-iżvilupp tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow