Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI

pr250792
Date Icon 12/05/2025

Tliet uffiċjali pubbliċi ngħataw il-ħatra bħala Segretarji Permanenti fis-Servizz Pubbliku.

Dawn il-ħatriet saru wara li dawn l-uffiċjali ġew innominati mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li, wara li evalwat il-karriera ta’ kull wieħed mill-uffiċjali, irrakkomandat il-ħatra tagħhom lill-President ta’ Malta.

Dr Renzo Degabriele, is-Sur Mario Borg u s-Sur Ronald Mizzi ngħataw il-ħatra fi tliet Ministeri differenti. 

Dr Renzo Degabriele ġie appuntat Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.

Dr Degabriele għandu esperjenza ta’ 30 sena fis-Servizz Pubbliku u huwa gradwat bħala tabib. Fl-2011 serva fil-kariga ta’ Assistent Direttur fid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja u fl-2019 ġie appuntat bħala Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Saħħa fil-Komunità. Fost oħrajn, taħt it-tmexxija tiegħu ġew introdotti numru ta’ servizzi ġodda bħat-Telecare On The Move, u Silver T, kif ukoll ġew rinnovati u miftuħa għadd ta’ ċentri għall-anzjani.   

Is-Sur Mario Borg ġie appuntat Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.  Is-Sur Borg beda l-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku fl-1994. Fl-2004 issieħeb mad-Dipartiment tal-Economic Policy fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi. Fl-2015 kien appuntat Direttur tal-Istatistika Ekonomika fl-NSO u fl-2020 ingħata l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Gozo Regional Development Authority. 

Is-Sur Ronald Mizzi ġie appuntat Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Malta Vision 2050, Implimentazzjoni u Kordinazzjoni). Is-Sur Mizzi jġorr miegħu esperjenza ta’ 20 sena fl-Ippjanar Ekonomiku, Fondi Ewropej, u żvilupp ta’ politika. Huwa diġà serva fil-kariga ta’ Segretarju Permanenti bejn l-2014 u l-2022 (Ministeru għat-Turiżmu) u bejn l-2022 u l-2024 (Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi).  

Is-Servizz Pubbliku jixtieq jirringrazzja u jawgura wkoll lis-Sa Christine Schembri u lis-Sur John Borg li wara li laħqu l-età tal-irtirar se jkunu qegħdin jieqfu mill-kariga ta’ Segretarji Permanenti. Dan wara snin kbar ta’ esperjenza u xogħol varju f’karigi differenti fis-Servizz Pubbliku.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow