Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

pr250768
Date Icon 08/05/2025

Il-Parlament Malti jifraħ lill-Qdusija Tiegħu Papa Ljun XIV

F'isem il-Parlament ta' Malta, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, jifraħ lill-Kardinal Robert Francis Prevost għall-elezzjoni tiegħu bħala Papa, wara l-konklavi li saru fl-Istat tal-Vatikan, u li issa għandu l-isem ta' Papa Ljun XIV.

Il-Parlament Malti jesprimi l-awguri tiegħu lill-Qdusija Tiegħu fil-bidu tal-pontifikat tiegħu, u jżomm l-aspettattiva li, taħt it-tmexxija tiegħu, il-Knisja Kattolika tkompli tkun vuċi ċara u qawwija favur il-paċi, is-solidarjetà u d-dinjità tal-bniedem, speċjalment f'dawn iż-żminijiet immarkati minn tensjonijiet u sfidi globali.

Il-Parlament ta' Malta jemmen fil-valur dejjiemi tad-djalogu u l-koperazzjoni bejn il-popli, u jħares 'il quddiem lejn relazzjoni msaħħa mal-Istat tal-Vatikan matul dan il-pontifikat ġdid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow