Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU

pr250763
Date Icon 08/05/2025

“Id-differenzi bejn l-UE u l-Istati Uniti m'għandhomx ixekklu l-għanijiet komuni li naqblu dwarhom" – Id-Deputat Prim Ministru f'Varsavja għal-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE

“L-għaqda bejn l-UE u l-Istati Uniti jeħtieġ tibqa' l-akbar saħħa tagħna. Il-ħidma tal-UE mal-Istati Uniti għandha tkun imsejsa fuq qbil ċar dwar il-miri li lkoll inħaddnu u d-differenzi fil-mod kif se naslu għalihom m'għandhomx ixekklu dawn l-għanijiet komuni li naqblu dwarhom." Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg saħaq dwar l-importanza ta' koperazzjoni reżiljenti bejn l-UE u l-Istati Uniti waqt il-Laqgħa Informali Gymnich tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE, li tlaqqgħet mill-Presidenza Pollakka tal-UE f'Varsavja, nhar il-Ħamis.

Spjega li dan l-impenn lejn relazzjonijiet b'saħħithom bejn l-UE u l-Istati Uniti huwa essenzjali fl-isforzi kontinwi lejn il-paċi fil-Lvant Nofsani u fl-Ukrajna, impenn li jeħtieġ jgħaqqad flimkien l-influwenza strateġika tal-Istati Uniti mal-ħidma reġjonali u l-pjattaformi diplomatiċi estensivi tal-UE. “Fejn ikun possibbli, dawn għandhom ikunu strumentali fil-ħidma biex b'mod effettiv, u b'għaqda, inwieġbu għal dawn l-isfidi flimkien," qal Id-Deputat Prim Ministru Borg.

Dr Borg irrefera wkoll għall-eskalazzjoni riċenti fl-iżviluppi f'Gaża, u tenna s-sejħa ta' Malta għall-waqfien dejjiemi mill-ġlied, għall-ħelsien tal-ostaġġi kollha, u għal impenn akbar biex jiġi żgurat li l-UNRWA, bl-għajnuna umanitarja tagħha, tibqa' sservi ta' appoġġ kruċjali għall-għajxien tal-komunitajiet maqbuda f'dan iċ-ċiklu ta' vjolenza. Insista wkoll dwar l-appoġġ kontinwu tal-UE għas-soluzzjoni ta' żewġ stati.

Waqt il-laqgħa, Dr Borg aġġorna wkoll lill-kollegi Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE dwar il-każ tal-bastiment Conscience u l-appoġġ li Malta offriet lill-passiġġieri u l-ekwipaġġ tiegħu f'dawn l-aħħar jiem, skont ir-rekwiżiti tar-regolamenti internazzjonali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow