Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Prospett tal-Istitut għall-Edukazzjoni: Aktar opportunitajiet għall-edukaturi

pr250750
Date Icon 07/05/2025

Fil-prospett tal-Istitut għall-Edukazzjoni li tnieda llum żdiedet opportunità oħra ta’ taħriġ għall-edukaturi biex b’hekk dan il-prospett illum joffri 12-il programm f’livell undergraduate u 29 programm f’livell postgraduate. Din is-sena qed jitnieda l-Master of Arts in Professional Practices in Education, programm flessibbli u modulari li jippermetti lill-edukaturi jippersonalizzaw il-perkors professjonali tagħhom li jwassalhom għal Master’s Degree.

“Din is-sena hija l-10 anniversarju mit-twaqqif tal-Istitut għall-Edukazzjoni. Għaxar snin li jimmarkaw għaxar snin ta’ tkabbir, ta’ innovazzjoni, trasformazzjoni u ta’ impenn għal edukazzjoni ta’ livell għoli li tmur lil hinn minn taħriġ inizjali għall-edukaturi. Mill-2015, aktar minn 561 gradwat, inklużi 398 edukatur u kapijiet tal-iskejjel temmew l-istudji tagħhom b’suċċess”, qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt it-tnedija. 

Il-Ministru Grima qal li matul is-snin, l-Istitut għall-Edukazzjoni kiber f’ċentru ta’ impenn edukattiv, li joffri taħriġ aċċessibbli, flessibbli, u li jaħseb ’il quddiem għall-bżonnijiet tal-professjonisti li jaħdmu jew jaspiraw li jaħdmu fis-settur edukattiv.

Fil-prospett hemm firxa sħiħa ta’ x’joffri dan l-Istitut biex ikompli jtejjeb it-taħriġ għal dawk kollha mhux biss li qed jaspiraw li jsiru edukaturi, imma wkoll għal dawk l-edukaturi li jridu jkomplu javvanzaw fil-karriera tagħhom. Hemm ukoll sessjonijiet indirizzati għall-ġenituri jew kustodji tat-tfal biex dawn jitrawmu aħjar fil-mod kif jieħdu ħsieb lil uliedhom.

“Hija prijorità li bħala Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni, nara li jkun hemm taħriġ kontinwu fuq bażi professjonali u għalhekk il-prospett li qed inniedu llum ikompli jżid fuq opportunitajiet professjonali għall-edukaturi tagħna”, qal il-Ministru Grima.

Il-programmi fil-prospett huma mifruxa fuq oqsma differenti, fosthom l-Edukazzjoni Primarja, STEM, Child and Educational Psychology, Educational Leadership, u l-Inklużjoni. It-tagħlim integrat max-xogħol u l-prattika jibqgħu inkorporati fil-biċċa l-kbira tal-kwalifiki biex tkun żgurata r-rilevanza tat-tagħlim. L-Istitut għall-Edukazzjoni qed ikompli jagħti prijorità lill-iżvilupp professjonali kontinwu (CPD) permezz ta’ bosta korsijiet qosra u akkreditati. Dawn il-korsijiet jippermettu lill-professjonisti jtejbu l-ħiliet, jispeċjalizzaw, u jibqgħu rilevanti f’settur li qed jevolvi malajr.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut għall-Edukazzjoni Joanne Grima tat ħarsa lejn il-korsijiet offruti f’dan il-prospett u qalet li dan huwa riżultat ta’ ħidma kollettiva tal-Istitut, li kull sena jħares lejn aktar kollaborazzjonijiet u korsijiet ġodda biex jitkattru l-opportunitajiet għal dawk li jridu karriera f’dan is-settur.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Prospett tal-Istitut għall-Edukazzjoni: Aktar opportunitajiet għall-edukaturi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Prospett tal-Istitut għall-Edukazzjoni: Aktar opportunitajiet għall-edukaturi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow