Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imnedija skema ta’ finanzjament għas-sajjieda biex jgħinu fil-ġbir tad-data marittima

pr250737
Date Icon 05/05/2025

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tenfasizza l-importanza tar-riċerka fis-settur tas-sajd

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said flimkien mal-Aġenzija Aquatic Resources Malta (ARM), ħabbret id-dettalji ta' skema ġdida li se tipprovdi kumpens finanzjarju lil sajjieda b'bastimenti reġistrati li japplikaw biex jikkollaboraw mar-riċerkaturi waqt is-sajdiet tagħhom.

Din l-iskema innovattiva għandha l-għan li tiffaċilita l-ġbir ta' data minn fuq il-baħar f'ħin reali, billi tinvolvi direttament lis-sajjieda fil-proċess ta' riċerka. B'dan il-pass, Malta qed tkun ta' eżempju ta' kif il-komunità tas-sajd tista' tkun parti integrali mill-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi marittimi.

Ġie spjegat li sajjieda liċenzjati li japplikaw għal din l-iskema sabiex jikkollaboraw fil-ġbir tad-data fuq il-bastimenti tagħhom, se jiġu magħżula skont kriterji stabbiliti. Dawn se jiġu kkumpensati madwar €320 għal kull sajda taħt il-programm EMFAF DC-MAP.

Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said saħqet li din l-iskema tgħaqqad flimkien il-prinċipji tas-sostenibbiltà, il-ġbir ta' data bbażata fuq evidenza, u l-ekonomija blu. “Din l-iskema hi pass konkret li juri kif Malta qed taħdem għal immaniġġjar aktar responsabbli u sostenibbli tar-riżorsi naturali tagħha. Il-ġbir tad-data hu kruċjali biex nieħdu deċiżjonijiet infurmati u nibnu politika b'saħħitha għall-futur tas-settur tas-sajd."

Is-segretarju parlamentari temmet tgħid, “Il-gvern jibqa' kommess li jsaħħaħ dan is-settur permezz ta' inizjattivi li jħaddnu l-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni, filwaqt li jħarsu lejn il-futur b'viżjoni ċara ta' ekonomija blu b'saħħitha u sostenibbli. Din il-miżura se tgħin biex ir-riċerka ssir aktar inklużiva, trasparenti u parteċipattiva."

L-aġenzija Aquatic Resources Malta, permezz ta' din l-iskema, qed tkompli timplimenta l-missjoni ċara tagħha favur riċerka u sostenibbiltà fis-sajd. L-aġenzija rringrazzjat lill-awtoritajiet kollha involuti u affermat l-impenn tagħha li tkompli tmexxi l-qasam tas-sajd lejn ġejjieni sostenibbli u b'saħħtu għal Malta.

Dr Jurgen Mifsud, xjentist u riċerkatur fl-aġenzija spjega kif, “Matul dawn l-aħħar żewġ deċennji, Malta żviluppat b'mod sostanzjali l-programm tagħha għall-ġbir ta' data relatata mas-sajd, bil-għan li tiżgura immaniġġjar sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut u l-konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd tal-Unjoni Ewropea. Osservazzjonijiet diretti fuq il-baħar minn osservaturi xjentifiċi ta' ARM huma mħarrġa sabiex jipprovdu data kruċjali dwar l-ispeċi maqbuda, id-daqsijiet tagħhom, u l-prattiki tas-sajd. ARM tħeġġeġ lis-sajjieda jkomplu jikkollaboraw magħha u l-komunità xjentifika f'dan il-proċess importanti, li jrid jissaħħaħ u jitħaddem b'mod regolari madwar Malta u Għawdex."

L-applikazzjonijiet se jkunu miftuħa minn nhar it-Tnejn 12 ta' Mejju sas-Sibt 17 ta' Mejju 2025, b'assistenza ta' uffiċjali ta' ARM minn uffiċċji f'Marsaxlokk, San Pawl il-Baħar u l-Imġarr, Għawdex.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imnedija skema ta’ finanzjament għas-sajjieda biex jgħinu fil-ġbir tad-data marittima
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imnedija skema ta’ finanzjament għas-sajjieda biex jgħinu fil-ġbir tad-data marittima
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imnedija skema ta’ finanzjament għas-sajjieda biex jgħinu fil-ġbir tad-data marittima
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imnedija skema ta’ finanzjament għas-sajjieda biex jgħinu fil-ġbir tad-data marittima
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow