Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tkompli tisħaq fuq il-bżonn ta’ impenn reġjonali kontra s-sajd illegali fil-Mediterran

PR250724
Date Icon 02/05/2025

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said indirizzat workshop importanti organizzat mill-International Maritime Law Institute (IMLI) li ffoka fuq l-impenn ta’ Malta fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat, u mhux irregolat (IUU).

Fl-indirizz tagħha, is-segretarju parlamentari saħqet li l-Gvern Malti huwa kommess biex jiġġieled is-sajd IUU, li jpoġġi f’riskju s-sostenibbiltà tar-riżorsi marittimi li huma maqsuma bejn pajjiżi differenti. Hija enfasizzat li minkejja l-ħidma li saret matul is-snin, dan it-tip ta’ sajd jibqa’ waħda mill-ikbar theddid għall-ekosistemi marittimi, u joħloq kompetizzjoni inġusta kontra dawk is-sajjieda li jaħdmu b’mod ġust u skont il-liġi.

F’dan il-kuntest, hija semmiet li Malta stabbiliet l-Aquatic Resources Malta, aġenzija ta’ riċerka mmirata lejn l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi u t-tisħiħ tal-bażi xjentifika biex jiġu indirizzati sfidi bħal IUU.

Is-segretarju parlamentari  żiedet li pajjiż żgħir bħal Malta ma jistax jaġixxi waħdu, u għalhekk qed jappella għal livell ta’ kompetizzjoni ġusta bejn il-pajjiżi kollha. L-istess regolamenti għandhom ikunu applikata għal dawk kollha li jaqsmu l-istess riżorsi marittimi.

Is-segretarju parlamentari spjegat ukoll l-isforzi li qed isiru fuq livell Ewropew u Mediterranju, inkluż l-implimentazzjoni ta’ regolamenti tal-Kunsill Ewropew u rakkomandazzjonijiet mill-GFCM, kif ukoll l-inizjattivi Maltin bħal Żona ta’ Ġestjoni tas-Sajd ta’ 25 mil nawtiku, u l-adozzjoni riċenti tal-Pjan Nazzjonali tas-Sajd 2024.

Malta qed tappoġġja wkoll b’mod attiv l-Istrateġija GFCM 2030 u qed tipparteċipa fil-pjattaforma e-FishMed, li toffri taħriġ standardizzat għall-uffiċjali tal-kontroll tas-sajd madwar il-Mediterran.

“Jeħtieġ li naħdmu flimkien, bħala reġjun, biex niżguraw applikazzjoni konsistenti u ġusta tar-regolamenti kollha. B’dan il-mod biss nistgħu nipproteġu l-baħar tagħna u l-futur tas-settur tas-sajd għal dawk kollha li jiddependu fuqu b’mod sostenibbli,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tkompli tisħaq fuq il-bżonn ta’ impenn reġjonali kontra s-sajd illegali fil-Mediterran
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tkompli tisħaq fuq il-bżonn ta’ impenn reġjonali kontra s-sajd illegali fil-Mediterran
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tkompli tisħaq fuq il-bżonn ta’ impenn reġjonali kontra s-sajd illegali fil-Mediterran
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tkompli tisħaq fuq il-bżonn ta’ impenn reġjonali kontra s-sajd illegali fil-Mediterran
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow