Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tal-Proġett NotaryPedia – Teknoloġija avvanzata għall-preservazzjoni tal-wirt notarili

pr250721
Date Icon 02/05/2025

Il-Proġett NotaryPedia tnieda b'mod uffiċjali bħala inizjattiva nazzjonali li tgħaqqad it-teknoloġija avvanzata mal-preservazzjoni tal-wirt storiku u legali ta' Malta. Dan il-proġett innovattiv qed juża l-Intelliġenza Artifiċjali (AI) u teknoloġiji ta' knowledge graphs biex jagħmel l-arkivji notarili Maltin aktar aċċessibbli u interattivi għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Il-pjattaforma NotaryPedia se tagħmel dawn id-dokumenti, li ħafna minnhom huma miktubin b'Latin notarili u b'ortografija ta' żmienhom, aċċessibbli għal riċerkaturi, storiċi, ġurnalisti, professjonisti legali u l-pubbliku inġenerali. Il-pjattaforma se tintuża biex jiġu żviluppati għodod intelliġenti għal traskrizzjoni awtomatika u l-estrazzjoni tal-għarfien, li se jiffaċilitaw ir-riċerka u jħallu lill-utenti jiskopru konnessjonijiet moħbija fil-kontenut.

Waqt it-tnedija l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, qal, “Il-Proġett NotaryPedia se jpoġġi lil Malta fuq quddiem nett fid-diġitalizzazzjoni u l-esplorazzjoni semantika ta' arkivji storiċi, u se jservi bħala mudell għall-pajjiżi oħra li għandhom wirt dokumentarju simili." Huwa spjega kif din l-inizjattiva tiffoka fuq il-manuskritti notarili li jmorru lura sas-seklu ħmistax, u li jinkludu dokumenti bħalma huma testmenti, kuntratti taż-żwieġ, trasferimenti ta' propjetà u doti, fost oħrajn.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, enfasizza l-importanza ta' dan il-proġett. “Dan huwa proġett ieħor li se jagħti spinta mhux biss lir-riċerkaturi interessati, imma wkoll lil studjużi dwar is-suġġett. Qed inkomplu nagħmlu użu mill-Intelliġenza Artifiċjali għall-ġid tas-soċjetà, bis-sehem imprezzabbli tal-Università ta' Malta."

Dr Joan Abela, President tal-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili, irrimarkat, “NotaryPedia huwa proġett li ilna nistennew u li mhux biss se jippreserva wirt nazzjonali ta' importanza storika, imma se jagħmlu aċċessibbli b'modi innovattivi. Huwa mument ta' kburija għal tim impenjat fil-qasam tal-paleografija, katalogazzjoni u diġitizzazzjoni."

Dr Charlie Abela, li jmexxi l-proġett f'isem id-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali, żied: “Dan huwa eżempju ċar ta' kif it-teknoloġija tista' sservi għall-ġid kulturali. Bl-użu tal-AI, qed nagħmlu l-istorja ħajja u aċċessibbli għal kulħadd."

Ir-Rettur tal-Università ta' Malta, Prof. Alfred J. Vella, spjega, “L-involviment tal-Università f'din l-inizjattiva juri kemm ir-riċerka u l-għarfien akkademiku tagħna qed jagħtu frott reali lis-soċjetà. Huwa ta' unur li l-kompetenza tagħna qed tinfirex f'proġetti b'impatt daqshekk wiesa'."

Il-proġett huwa frott ta' kollaborazzjoni fuq tliet snin bejn id-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Fakultà tal-ICT fl-Università ta' Malta, il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u l-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tal-Proġett NotaryPedia – Teknoloġija avvanzata għall-preservazzjoni tal-wirt notarili
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tal-Proġett NotaryPedia – Teknoloġija avvanzata għall-preservazzjoni tal-wirt notarili
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tal-Proġett NotaryPedia – Teknoloġija avvanzata għall-preservazzjoni tal-wirt notarili
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow