Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Il-Ministru Attard iżur Foster Clarks fil-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol

PR250700
Date Icon 28/04/2025

Taħriġ kontinwu għal madwar 400 impjegat lejn standards ogħla

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol Josianne Cutajar żaru l-kumpanija lokali Foster Clarks fil-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà.

“L-impenn tagħna li ngħollu l-istandards huwa rifless fir-riformi kbar li qegħdin inwettqu anke fost l-aktar riċenti bil-liġi l-ġdida tal-OHSA. L-iskop ta’ dawn iż-żjarat huwa li napprezzaw ix-xogħol ta’ ħaddiema fuq lantijiet tax-xogħol differenti u li naraw li s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kollha qed tiġi salvagwardjata,” beda biex jgħid il-Ministru Attard.

Il-Ministru Attard innota l-investiment kontinwu li twettaq din il-Kumpanija mhux biss fl-operat, imma wkoll fl-impjegati tagħha, fejn minkejja l-impenji ta’ produzzjoni xorta jiġi allokat l-ħin biex il-ħaddiema jiġu aġġornati dwar prattiċi tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol.

“Huwa ta’ sodisfazzjon għalina li f’dawn il-jiem li qegħdin iħejjuna għal Jum il-Ħaddiem inkomplu niltaqgħu ma’ ħaddiema f’kumpanija eżemplari bħal Foster Clarks, li jivvalorizzaw is-saħħa u s-sigurtà,” kompla l-Ministru Attard.

Min-naħa tagħha l-Kap Eżekuttiv għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol Josianne Cutajar sostniet li l-kumpanija Foster Clarks hija eżempju ċar ta’ kemm it-tibdil u r-riformi li qegħdin jitwettqu qegħdin iżidu r-rispett reċiproku li għandu jeżisti fuq il-varji lantijiet tax-xogħol biex min iħaddem u l-istess ħaddiema fl-aħjar interess ta’ kulħadd.

Fost affarijiet oħra waqt din iż-żjara ġie nnutat li jeżistu diversi riskji għal tipi differenti ta’ xogħol li għalkemm ma nkunux daqstant konxji dwarhom, ikunu ta’ periklu għas-saħħa tal-ħaddiema. Dawn jinkludu riskji minn kimiċi, mikrobi u materjal li jistgħu jikkawżaw mard respiratorju u anke problemi dermatoloġi (fil-ġilda) tal-ħaddiema jekk ma jkunux kontrollati. Riskji oħra jistgħu jiġu kkawżati minn storbju u vibrazzjonijiet mill-makkinarju. Ġew innutati wkoll diversi miżuri fis-saħħa fejn din il-kumpanija investiet biex tħares is-saħħa tal-ħaddiema tagħha, fejn il-ħaddiema nfushom jikkollaboraw biex isegwu protokolli ta’ saħħa u sigurtà. 

Id-Direttur tal-Operat Paul Demanuele rrikonoxxa l-impenn tal-gvern li jirriforma s-settur. F’dan il-kuntest, kien spjegat kif il-kumpanija perjodikament torganizza sezzjonijiet ta’ għarfien u taħriġ għal fost 400 persuna impjegati mal-kumpanija f’sezzjonijiet varji fl-istess kumpanija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Il-Ministru Attard iżur Foster Clarks fil-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Il-Ministru Attard iżur Foster Clarks fil-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow