Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Ġnien Paul Boffa: aktar sigurtà, aċċessibbiltà u spazju miftuħ għall-familji

PR250697
Date Icon 28/04/2025

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett ħabbar proġett ġdid fil-qalba tal-komunità ta' Raħal Ġdid. Ġnien Paul Boffa ser ikun qiegħed jiġi riġenerat b'enfasi qawwija fuq il-ħolqien ta' spazju aktar sigur, inklussiv u aċċessibbli għat-tfal u għall-familji. Dan il-ġnien mhux biss se jkompli jservi bħala spazju rikreattiv ewlieni iżda se joffri wkoll opportunitajiet għal tagħlim fil-miftuħ, speċjalment minħabba l-viċinanza tiegħu mal-iskola primarja tal-lokal.

Il-Ministru Chris Bonett qal li, “Il-viżjoni tal-Gvern għall-ispazji miftuħa hija ċara hekk kif dan il-proġett huwa wieħed minn sensiela li qegħdin jitwettqu madwar Malta biex jiġu identifikati u riġenerati ġonna u spazji pubbliċi". Huwa spjega kif dan il-proġett jikkumplimenta xogħol infrastrutturali fit-toroq tal-inħawi li wkoll ser itejjbu l-aċċessibbiltà u s-sigurtà fil-lokalità.

“Fiż-żmien li ġej, il-komunità ta' Raħal Ġdid ser tgawdi minn spazju ferm isbaħ minn dak preżenti, żona għat-tfal b'logħob modern kif ukoll ambjent denju madwar l-uffiċċju tal-kunsill lokali", temm jgħid il-Ministru Bonett.

Steve Ellul, il-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta saħaq kif, “Dan il-proġett jenfasizza l-impenn ta' Infrastructure Malta biex tiżviluppa spazji pubbliċi siguri u ħodor li jħeġġu l-attività fil-miftuħ f'ambjent sabiħ".

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-lokal, Jason Silvio, irringrazzja lill-Gvern u tenna l-importanza ta' proġetti bħal dawn fil-qalba tal-lokalità. Proġetti li jirriflettu l-ħtiġijiet tar-residenti u li jagħtu nifs ġdid u ambjent xieraq fejn jitgawda mill-familji.

Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-proġett hi t-trasformazzjoni taż-żona tal-logħob fejn se jiġi installat tagħmir modern u sigur fuq wiċċ artab u protettiv, flimkien ma' struttura li ddawwar din iż-żona biex jinħolqu kundizzjonijiet siguri. Id-disinn jinkorpora l-enfasi li l-post ikun aċċessibbli għal kulħadd.

Ix-xogħol għandu jibda fix-xhur li ġejjin u mistenni jitlesta fl-2026.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Ġnien Paul Boffa: aktar sigurtà, aċċessibbiltà u spazju miftuħ għall-familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Ġnien Paul Boffa: aktar sigurtà, aċċessibbiltà u spazju miftuħ għall-familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Ġnien Paul Boffa: aktar sigurtà, aċċessibbiltà u spazju miftuħ għall-familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Ġnien Paul Boffa: aktar sigurtà, aċċessibbiltà u spazju miftuħ għall-familji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow