Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Xjenza Malta tikkonkludi b’suċċess Sessjoni ta’ Informazzjoni ta’ Horizon Europe qabel is-sejħiet ta’ finanzjament tal-UE tal-2025

PR250695
Date Icon 28/04/2025

Xjenza Malta kkonkludiet b'suċċess is-Sessjoni ta' Informazzjoni tagħha dwar l-Iskemi ta' Horizon Europe, li saret f'Villa Bighi.

L-avveniment laqqa' flimkien riċerkaturi, innovaturi u partijiet ikkonċernati mis-settur privat, kollha jfittxu għarfien dwar Horizon Europe, il-programm ewlieni ta' finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Matul il-ġurnata, diversi kelliema esperti ddiskutew it-tliet pilastri ewlenin ta' Horizon Europe, kif ukoll ġiet diskussa t-twessigħ tal-parteċipazzjoni u l-bini taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Fl-indirizz tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti saħaq fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni internazzjonali u tal-involviment attiv ta' Malta f'Horizon Europe. “Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma pilastri kruċjali għall-futur ekonomiku tagħna. Malta għandha tkompli tkun kuraġġuża fl-ambizzjonijiet tagħha u proattiva fil-kollaborazzjonijiet tagħha sabiex taċċessa fondi Ewropej permezz ta' programmi bħal Horizon Europe. Infaħħar lil dawk kollha li qed jieħdu inizjattiva biex jinvolvu ruħhom u jkabbru l-potenzjal tagħna bħala pajjiż," tenna s-segretarju parlamentari.

Anthea Fabri, Direttur tal-Framework Programme Unit fi Xjenza Malta, saħqet fuq ir-rwol essenzjali ta' Horizon Europe fl-ekosistema tar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta' Malta. “Bħala nazzjon żgħir, Malta trid taħdem b'mod strateġiku u kollaborattiv sabiex timmassimizza l-preżenza tagħha fix-xena Ewropea tar-riċerka. Horizon Europe jippreżenta ħafna opportunitajiet, u aħna impenjati bis-sħiħ biex nagħtu s-setgħa lit-talent lokali biex jirnexxi f'dan l-ambjent kompetittiv," qalet Fabri.

Is-sessjoni tat ħarsa fil-fond lejn l-istruttura u l-funzjonament ta' Horizon Europe, billi spjegat il-kriterji ta' parteċipazzjoni, l-ispejjeż eliġibbli, u l-prijoritajiet ta' finanzjament għas-sejħiet tal-2025. Barra minn hekk, il-parteċipanti rċevew informazzjoni prattika dwar l-appoġġ disponibbli minn Xjenza Malta biex jgħinhom fl-applikazzjoni tagħhom.

Is-Sessjoni ta' Informazzjoni saħħet l-impenn ta' Xjenza Malta biex tappoġġja u tagħti s-setgħa lir-riċerkaturi, lill-industrija, u lill-innovaturi lokali, sabiex jirnexxu fis-suq Ewropew tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jikkuntattja lil horizon.malta@gov.mt.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Xjenza Malta tikkonkludi b’suċċess Sessjoni ta’ Informazzjoni ta’ Horizon Europe qabel is-sejħiet ta’ finanzjament tal-UE tal-2025
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Xjenza Malta tikkonkludi b’suċċess Sessjoni ta’ Informazzjoni ta’ Horizon Europe qabel is-sejħiet ta’ finanzjament tal-UE tal-2025
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Xjenza Malta tikkonkludi b’suċċess Sessjoni ta’ Informazzjoni ta’ Horizon Europe qabel is-sejħiet ta’ finanzjament tal-UE tal-2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow